Tiżwiqa Sajfija hija sensiela li żżomm kumpanija lis-semmiegħa permezz ta' għażla ta' mużika varjata li tiffoka fuq xogħlijiet klassiċi. Barra minn hekk il-programmi jinkludu kontribuzzjoni ta' mistiedna li jitkellmu dwar temi artistiċi differenti, li jvarjaw minn arti viżiva għal forom oħra ta' kultura.
Is-sensiela għandha produzzjoni u preżentazzjoni ta' Dr Silvio J. Camilleri.
Programm 1: Is-Sur Roderick Camilleri jitkellem dwar l-identità tal-individwu
Programm 2: Ms Francesca Balzan titkellem dwar il-Librerija f'Palazzo Falson
Programm 3: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar Tendenzi klassiċi fl-arti kontemporanja
Programm 4: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar kummissjonijiet pubbliċi (1)
Programm 5: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar kummissjonijiet pubbliċi (2)
Programm 6: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar kummissjonijiet pubbliċi (3)
Programm 7: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar Mary Meylak (1)
Programm 8: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar Mary Meylak (2)
Programm 9: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar l-arti tal-porċellana
Programm 10: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar Francis Ebejer (1)
Programm 11: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar Francis Ebejer (2)
Programm 12: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar il-ħidma artistika tiegħu (1)
Programm 13: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar il-ħidma artistika tiegħu (2)
Programm 14: L-artist Chris Ebejer jitkellem dwar il-ħidma artistika tiegħu (3)
Programm 15: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar il-poeżija Maltija fis-snin sittin u sebgħin (1)
Programm 16: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar il-poeżija Maltija fis-snin sittin u sebgħin (2)
Programm 17: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar il-poeżija Maltija fis-snin sittin u sebgħin (3)
Programm 18: L-għalliem Tarcisio Zarb jitkellem dwar il-poeżija Maltija fis-snin sittin u sebgħin (4)