Our programmes

Our programmes

The programmes you can listen to on Campus 103.7
July - September 2024

LIVE PROGRAMMES

Programm radjofoniku li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. Imżewwaq b’intervisti ‘light’ u mużika leġġera għal filgħodu. Jinkludi wkoll fih l-analiżi tal-gażżetti fid-9:00.

Tul: 180 minuta - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - Lulju - Settembru 2024

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young
Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħal kura tal-annimali, wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.

Tul: 120 minuta - Tliet darbiet fil-gimgħa mill-10:00 sa nofsinhar

Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett it-Tnejn u l-Ġimgħa fuq Campus 103.7 bejn il-ħin ta’ l-10:00 u nofsinhar. L-għan huwa li wara l-breakfast show jibqa’ jinżamm il-kuntatt mas-semmiegħa li jistgħu iċemplu waqt il-programm u jagħmlu l-interventi/suġġerimenti tagħhom. Il-mużika magħżula se tkun addattata għal dak il-ħin tal-ġurnata fejn l-aktar li se tindaqq mużika li hija meqjusa bhala ‘classic’.

Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett kuljum dirett fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tal-16:00 u 18:00 waqt li i-nies sejrin lura d-dar. Jinkludi wkoll aħbarijiet dwar dak li jkun għaddej f’pajjiżna, sports, arti u kultura però l-enfasi se tkun il-mużika.

Kuljum mill-16:00-18:00


NEW PROGRAMMES

Sensiela li se tiddiskuti permezz ta’ intervisti one-to-one ma’ mistiedna diversi suġġetti topiċi bħal: Il-movimenti soċjali jirrapreżentaw il-preokupazzjonijiet tan-nies? Il-migrazzjoni u l-integrazzjoni. Id-diversità fil-familji, It-Trawma kollettiva, body enhancement u bosta suġġetti oħra.

Tul: 60 minuta Lulju - Settembru 2024

Tiġi diskussa flimkien ma mistieden/a mara waħda minn dawn il-'minsijin' għal kull programm kif ukoll fejn jidħlu n-nisa fl-istorja b'mod aktar ġenerali - per eżempju nies minn NGOs tan-nisa, soċjologi, nisa prominenti fil-qasam tagħhom eċċ... nies li jsostnu l-idea li n-nisa għandhom post fl-istorja, fil-passat, fil-preżent u fil-futur.

Tul: 60 minuta Lulju - Settembru 2024

Colin Fitz jiltaqa’ ma’ mistiedna li, għalkemm barranin, għamlu ‘l Malta d-dar tagħhom. Dawn jagħtu l-impressjonijiet tagħhom dwar il-ħajja f’Malta: l-iskejjel, id-divertiment, il-piki, it-toroq ecc.

Tul: 60 minuta Lulju - Settembru 2024

Sensiela ta' programmi fuq Campus 103.7 li twassal lis-semmiegħa tagħna siegħa mużika varjata minn Malta. F'kull edizzjoni nisimgħu għadd ta' diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar, kurżitaijiet mix-xena lokali, kif ukoll nagħtu attenzjoni speċjali lil xi album ġdid jew xi wieħed milli ħarġu minn Malta matul is-snin.

Għalkemm produzzjoni ġdida għal Campus 103.7 fl-2024, din hija l-itwal sensiela dwar ix-xena mużikali Maltija. Bdiet bħala l-ewwel poddata regolari bil-Malti f'Novembru tal-2005 u kienet tixxandar online permezz tal-MaltaMedia għal kważi għaxar snin sħaħ. F'Marzu tal-2015, wara li diġà kienu ħarġu 443 poddata f'din is-sensiela, Toni Sant introduċa verżjoni video permezz tal-YouTube. Din kompliet għaddejja anke meta dan ix-xandar veteran reġa' beda jxandar regolarment fuq ir-radju u eventwalment tfaċċaw ħdax-il sensiela ta' Mużika 21 fuq Campus 103.7 f'kollaborazzjoni mal-M3P Foundation. Issa, Mużika 21 u l-poddati ta' Mużika Mod Ieħor qed isiru ħaġa waħda u jitwasslu esklussivament lis-semmiegħa ta' Campus 103.7 bħala Mużika Mod Ieħor ma' Toni Sant. Mużika Mod Ieħor ma' Toni Sant hija l-ewwel edizzjoni fuq Campus 103.7 fil-format il-ġdid.

Tul: 60 minuta Lulju - Settembru 2024

Sensiela li tħares lejn il-festi mill-perspettiva ta’ dawk involuti, permezz ta’ serje ta’ intervisti; fosthom mal-istoriku, mas-surmast tal-banda, mal-fotografu, mal-pirotekniku, mal-kappillan, maż-żagħżugħ, mal-antropologu u ma’ bosta nies oħra.

Tul: 30 minuta - Lulju - Settembru 2024

This 13-part one-hour long radio series produced and aired during the summer schedule of Campus 103.7 plans to address a variety of contemporary art practices taking place in Malta, Europe and the Mediterranean.

Each programme would focus on a particular practice from the fields of the visual arts that may be linked to community art practice, the performing arts, literature and film, among others. Inter-disciplinarity, and the multi-modal nature of a great deal of contemporary art practice, will be discussed with reference to actual projects, including exhibitions.

Dr Karsten Xuereb will each time meet with and interview one or more artists, be they Maltese, locally-based or international while spending time in Malta for confirmed projects they will be participating in or leading. Language use during the series may be both Maltese and English, with a rough estimate of 50% in the former and 50% in the latter. All programmes will include introductions and summaries in Maltese.

Tul: 60 minuta - Lulju - Settembru 2024

Niltaqgħu ma’ diversi nies minn pajjiżi u kulturi differenti li jiddiskutu t-tradizzjonijiet u l-użanzi tagħhom fost mużika mżewqa.

Tul: 30 minuta - Lulju - Settembru 2024

 

CONTINUATION OF PRODUCTIONS

“Emmen Jekk Trid” se jkun programm li fih Vanni Pule’, flimkien ma mistieden, janalizza fenomeni li jissejħu ‘paranormali’. Mingħajr kummerċjaliżmu jew popoliżmu, jipprova jfittex verità empirika u razzjonali.  Wara kważi ħamsin sena ta' riċerka, jagħti l-konklużjonijiet tiegħu imsejsa fuq ħsieb kritiku.

Tul: 60 minuta

Programm ta’ mużika Maltija, b’uħud mill-aqwa siltiet li ħarġu minn artisti Maltin, kemm dawk riċenti kif ukoll mill-passat.

Tul: 60 minuta

Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma' esponenti fix-xena tal-jazz.

Tul: 60 minuta

Aħna nimmiraw li nesploraw is-soċjetà kif inbiddlet matul iż-żmien permezz ta’ nisa li għaddew minn trasformazzjoni f’ħajjithom. It-trasformazzjoni ġġib bidla fis-soċjetà, it-tkabbir u l-istabbiltà. Il-kelma formazzjoni hija fiha nnifisha ċavetta biex nifhmu ħafna mill-proċessi li nesperjenzaw f’ħajjitna. L-iskop ta' din is-serje hu li nintroduċi nisa żgħażagħ għall-ħtiġijiet tal-ħajja tagħhom hekk kif jibnu l-karrieri tagħhom biex ikunu aġenti tal-bidla fid-dinja tax-xoghol. Aħna konxji li ħafna nisa żgħażagħ jiggradwaw b'suċċess mill-Università, iżda jeħtieġu gwida hekk kif jikbru matul stadji differenti fil-ħajja.

Tul: 60 minuta - Lulju - Settembru 2024

Għażla ta' mużika li mas-sbuħija tgħaqqad id-divertiment mużikali, b’tagħrif mal-għażliet varji minn opri, operetti, siltiet minn sinfoniji u kunċerti, mużika sagra u melodiji li jibqgħu immortali.

Tul: 120 minuta - 30 ġimgħa

It-Tnejn - Michael Briguglio
It-Tlieta - Michael Falzon
L-Erbgħa - Andrew Azzopardi
Il-Ħamis - Michelle Attard Tonna
Il-Ġimgħa - Joe Mizzi

 

PROGRAMMI MILL-ARKIVJI

Din is-sensiela, fi ħdan il-kultura lingwistika, tippreżenta b’mod sistematiku materjal li juri kliem qadim, storiku, u tekniku meħud mill-ismijiet tat-toroq tal-gżejjer tagħna. It-toroq li se nieħdu jitqiesu fl-ambjent fiżiku tagħhom ukoll ħalli jitkattar aktar is-sens. Irridu nifhmu li t-toroq qegħdin jippriservaw ħafna kliem u forom li llum aktarx li m’għadhomx jintużaw jew li jintużaw f’oqsma limitati ħafna. 

Tul: 30 minuta

Sensiela li tiddiskuti siltiet mużikali li joħolqu diskussjoni fuq l-implikazzjoni politika, soċjali u ekonomika. Programm imtella’ mid-Dipartiment tal-Public Policy fi ħdan l-Università ta’ Malta.

Tul: 60 minuta

A series that discusses broad themes associated with the study of archaeology, and trying to understand why these various areas of study are really significant in the exploration of the archaeological past.

Tul: 30 minuta

Sensiela li tagħti ħarsa lejn il-ħafna ritwali reliġjużi u komunitarji li jgħaqqduna flimkien bħala komunità.

Tul: 30 minuta


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/programmes/