Ir-riżorsi tal-librerija

Ir-riżorsi tal-librerija

Malta's flagGreat Britian's flag

 

Intejbu l-Għajnuna u r-Riżorsi tal-Librerija

 

Din it-taqsima tappartjeni għall-Pjan Strateġiku 2020-2025, li jestabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iċ-ċentri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha. 

 

  L-Istrateġiji Biex Nilħqu l-Għanijiet

   L-Impenji

  • Intejbu r-riżorsi fil-librerija
  • Niżviluppaw riżorsi ta’ informazzjoni għall-istudjużi u ħiliet fil-litteriżmu tal-informazzjoni
  • Inqassmu mill-ġdid iż-żoni tal-librerija biex inżidu l-ispazji għall-istudju u l-funzjonalità
  • Inħeġġu l-Aċċess Ħieles għall-informazzjoni u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi
  • Niġbru, nippriservaw u nxerrdu r-riżultati tar-riċerka li ssir fl-Università 
  • Niġbru u nimplimentaw Politika għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tar-Riċerka
  • Intejbu l-viżibbiltà tal-Kollezzjonijiet Speċjali permezz tad-diġitalizzazzjoni
  • Niżviluppaw ir-riżorsi tal-arkivjar biex nippriservaw il-memorja istituzzjonali u nazzjonali

 

Il-librerija se jibqa’ jkollha rwol kruċjali fl-involviment, l-iżvilupp u l-kisbiet akkademiċi billi tipprovdi għażla wiesgħa ta’ riżorsi u servizzi għall-istudju, kemm b’mod fiżiku kif ukoll virtwali, u bil-ħiliet meħtieġa fil-litteriżmu tal-informazzjoni.  

Qed nippjanaw li nirranġaw mill-ġdid inħawi differenti fil-librerija ħalli nkabbru l-użu tal-ispazji għall-istudju u nieħdu ħsieb il-ħtiġijiet il-ġodda u diversi ta’ kull min juża l-librerija. L-inizjattiva se żżid is-siġġijiet, ittejjeb l-akustika, tipprovdi spazju għall-faċilitajiet u tippermetti l-flessibbiltà biex il-librerija tibqa’ għaddejja kuljum u l-ħin kollu 24/7.

F’konformità mal-istituzzjonijiet akkademiċi internazzjonali, il-librerija se tkompli tibqa’ favur l-Aċċess Ħieles għax-Xjenza. Għalhekk, se nistinkaw biex niżguraw li r-riżultati kollha tar-riċerka ġġenerata taħt l-awspiċi tal-Università, niġbruha, nippreservawha u nxerrduha. Ir-riżultati tar-riċerka u l-kontenut diġitalizzat kollu se jittella’ fir-Repożitorju Istituzzjonali OAR@UM biex nagħmluhom iżjed aċċessibbli.

Barra minn hekk, il-librerija se tiġbor u timplimenta Politika għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tar-Riċerka u tipprovdi l-infrastruttura neċessarja biex issostni l-aċċess ħieles għall-informazzjoni.  

Il-librerija se taħdem ukoll fuq proġett ta’ diġitalizzazzjoni biex ittejjeb il-viżibbiltà u l-preservazzjoni tal-Kollezzjonijiet Speċjali u prezzjużi tagħha. Se niżviluppaw riżorsi ta’ arkivjar ħalli nippriservaw il-memorja istituzzjonali u nazzjonali.

 


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/impenjistrategici8-servizziusapportamministrattiv/irrizorsitallibrerija/