Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/10293
Title: | Traduzzjoni ta' 'The Colonel's Lady' (William Somerset Maugham) kemm bhala novella kif ukoll bhala screenplay, flimkien ma' kummentarju u analizi tad-differenzi stilistici fit-traduzzjoni |
Authors: | Cachia, Rebecca (2013) |
Keywords: | Maugham, W. Somerset (William Somerset), 1874-1965. Colonel’s Lady Motion picture plays -- Translations into Maltese Fiction -- Translations |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | Din id-dissertazzjoni tikkonsisti fit-traduzzjoni ta' żewġ testi, wieħed adattament tal-ieħor, bl-isem 'The Colonel's Lady.' 'The Colonel's Lady' hija storja li ġiet miktuba f'żewġ mezzi letterarji differenti. L-ewwel test li nkiteb kien in-novella minn William Somerset Maugham u wara din in-novella ġiet adattata għall-iskrin minn Robert Cedric Sherriff. F'din id-dissertazzjoni bis-saħħa tat-traduzzjoni taż-żewġ testi, tinħareġ id-differenza fil-kitba bejn iż-żewġ mezzi. Mit-traduzzjoni tan-novella u l-iscreenplay ta' 'The Colonel's Lady,' il-qarrej ta' din id-dissertazzjoni jagħraf id-differenzi li jirriżultaw mill-iskopijiet differenti li għalihom huwa miktub it-test, pereżempju d-djalogi huma ħafna aktar żviluppati u twal fl-iscreenplay meta mqabblin mad-djalogi użati fin-novella. Il-fatt li filwaqt li fin-novella ċerti partijiet jiġu biss deskritti, fl-iscreenplay, minħabba li l-istorja tkun qed tintwera dak il-ħin quddiem l-udjenza, l-awtur ikollu ħafna drabi jżid biex jiżviluppa storja kompleta bħal dik mogħtija fin-novella. Dan kollu jaffettwa t-traduzzjoni minħabba li ż-żewġ forom jitolbu approwċ u stili ta' kitba differenti. Mit-traduzzjoni taż-żewġ mezzi letterarji wieħed ikun jista' jqabbel iż-żidiet u t-telf li jsir fir-rakkont tal-istorja, kif ukoll differenzi oħra bħall-bidla fl-espressjoni bejn l-istil miktub (fin-novella) u dak mitħaddet (fl-iscreenplay) u l-forma tat-test. Studju bħal dan juri li minkejja li l-qafas tat-test huwa l-istess, minħabba li l-għan ivarja ma' kull mezz letterarju li jintuża, it-traduttur ma jistax juża l-istess traduzzjoni. |
Description: | M.A.TRANSLATION |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/10293 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtTTI - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13MATIS013.pdf Restricted Access | 2.03 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.