Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29433
Title: | L-istorja minn wara l-kwinti tal-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ Rahal Gdid |
Other Titles: | Ikkonsagrata, Monument ta’ Fidi ta’ Poplu |
Authors: | Mercieca, Simon |
Keywords: | Basilica of Christ the King (Paola, Malta) -- History Paola (Malta) -- History |
Issue Date: | 2017 |
Publisher: | Paola : Kummissjoni 50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokjali Matriċi Kristu Re |
Citation: | Mercieca, S. (2017). L-istorja minn wara l-kwinti tal-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ Raħal Ġdid. In Ikkonsagrata, Monument ta’ Fidi ta’ Poplu (pp. 29-44). Paola: Kummissjoni 50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokjali Matriċi Kristu Re. |
Abstract: | Meta kont ġejt avviċinat biex nikteb dwar il-konsagrazzjoni tal-knisja ta’Raħal Ġdid u ċ-ċerimonja li saret ħamsin sena ilu, indunajt kemm il-memorja storika ta’ fatt li ġara f’għomor ta’ bniedem hija diffiċli biex tibniha kompletament. Illum, ħafna qassisin li kienu preżenti għal dik iċ-ċerimonja ma għadhomx magħna. Meta bdejt ir-riċerka u sakemm ktibt dan l-artiklu, dawk fil-parroċċa li kien għad fadal kienu tlieta, jiġifieri, Dun Mario Agius, Monsinjur Edgar Attard u Monsinjur Lawrence Gatt. Minn dawn it-tlieta, l-aktar persuna li ftakar x’ġara sew dak inhar kien Dun Mario Agius. Ħafna mill-informazzjoni dwar dak li ġara’ dakinhar ġie mogħti lili minnu. Kien verament providenzjali, li lħaqtu fil-ħin u tani ħafna informazzjoni u anki laħaq qara t-test qabel ma bgħattu biex jiġi mitbugħ. Persuna oħra li kienet preżenti u llum qassis, u ħadet sehem fir-rit sagru kien Dun Pawl Galea. Galea kien għadu abbati f’dik il-ħabta. Kien għamel is-servizz li jkun wara l-arċisqof biex iżommlu l-mitra. Biss ftit li xejn jiftakar minn dak li ġara f’Raħal Ġdid dakinhar u dak li jiftakar ma jmurx lilhinn minn dak li nafu dwar dan il-jum. Imbagħad ma’ din ir-riċerka, żidt dak li ta tifel, bħala abbati f ’din il-knisja, kont niftakar qassisin jew persuni oħra jirrakkuntaw dwarha. Dun George Deguara dejjem kien jirreferi għal xi aspetti ta’ din iċ-ċerimonija, waqt il-prietka tal-Ħadd li fiha kienet tiġi kkommemorata l-konsagrazzjoni tal-knisja. F’dik l-okkazjoni, hu kien għadu seminarista. Dun Ġużepp Abdilla, Dun Eddie Huntingford u l-mibki u qatt minsi l-kappillan Dun Adolf Agius jew kif konna nafuh bħala Dun Dofi, ukoll ġieli tkellmu dwarha. Ma’ dawn l-istejjer ser inkun qed ninseġ stejjer oħra li smajt dwar il-bini ta’ din l-istess knisja, kif kienu jiġu rrakkontati lili mill-protagonisti nfushom u li llum ma għadhomx magħna. Magħhom għarrixt id-dokumentazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof iżda l-informazzjoni hija skarsa. Ftit li xejn il-gazzetti tkellmu dwarha. Ikolli nammetti li kienu dawn l-istejjer li kont nisma’ fis-sagristija li ġabuni nħobb l-istorja u llum saret parti integrali tal-professjoni tiegħi. Ta’ tifel fuq ruħi kont inħobb nixrob mingħand ix-xjuħ tar-raħal, li kienu jinġabru ta’ kull filgħaxija fis-sagristija, jirrakkuntaw ġrajjiethom u stejjer marbuta ma’ Raħal Ġdid. Fost dawn nixtieq insellem il-memorja ta’ Rogantin Nicholas, li kellu missieru, Antonio, veduttista. Kont nogħxa nisimgħu jitkellem fuq Santa Ubaldeska u l-bidu tal-parroċċa, waqt li missieru kien wieħed mill-promuturi għallbini ta’ din il-knisja. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29433 |
ISBN: | 9781234567897 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtHis |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L-istorja_minn_wara_l-kwinti_tal-konsagrazzjoni_tal-knisja_ta’_Raħal_Ġdid_2017.pdf | 818.79 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.