Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29874
Title: | Analizi tax-xejriet rettorici u figurattivi fid-diskorsi ta’ Fenech Adami (1986-1987) |
Authors: | Muscat, Nicole |
Keywords: | Fenech Adami, Edward, 1934- Speeches, addresses, etc., Maltese Maltese language -- Rhetoric |
Issue Date: | 2017 |
Abstract: | Din it-teżi tiffoka fuq il-figuri tat-taħdit li tħaddmu f’rabta ma’ kontroversji politiċi speċifiċi li żvolġew matul is-snin tal-1986-87. L-għan ta’ din l-analiżi kritika huwa li jintwera kif l-għodod tar-rettorika u l-letteratura jistgħu jitwettqu f’kuntesti prattiċi ’l hinn mill-qasam letterarju jew artistiku, bħalma hu l-qasam politiku. Għalhekk din it-teżi tistħarreġ id-diskorsi politiċi sabiex tagħraf il-komponenti letterarji li jsawwruhom. Eddie Fenech Adami, serva bħala Prim Ministru ta’ Malta mill-1987 sal-1996, u mill-1998 sa l-2004. Wara kien is-seba’ President ta' Malta bejn l- 2004-2009. Eddie Fenech Adami matul id-diskorsi tiegħu fl-1986-87, kien żmien fejn is-sitwazzjoni kienet imwiegħra fil-pajjiż u għalhekk jixraq kumment fuq l-isfond storiku u politiku li fih seħħu dawn id-diskorsi. Minħabba dan jingħaraf l-għan tal-istrateġiji figurattivi u rettoriċi użati minnu għal dan il-perjodu partikolari b’avvenimenti politiċi li juru d-differenza minn perjodi oħra. Permezz ta’ dawn it-tekniki, il-kelliem irid jipperswadi lis-semmiegħa tiegħu li f’Malta kien hawn il-bżonn ta’ bidla politika. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29874 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2017 Dissertations - FacArtMal - 2017 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
17BAMAL014.pdf Restricted Access | 1.79 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.