Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5330
Title: Patri Pelagju : kittieb Malti tas-seklu 18
Authors: Magro, Janica
Keywords: Pelagio, dal Zebbug, Padre
Maltese literature -- 18th century -- History and criticism
Linguistics -- Malta -- History -- 18th century
Issue Date: 2012
Abstract: L-idea li tingħata tezi fuq Patri Pelaġju tnisslet għax għalkemm huwa magħruf li kkontribwixxa fuq l-ilsien Malti l-artikli fuqu ftit li xejn iddiskutew dan fid-dettall. Għalhekk ħassejt il-bżonn li niffoka fuq Patri Pelaġju u fuq il-kontribut li ta fil-qasam tal-Malti. Fuq Patri Pelaġju nnifsu, ftit li xejn konna nafu u dan xejn m’għamilhieli faċli. Biex tagħqad, artiklu bħal ta’ Franz Mifsud, Il-Kapuċċin Pelaġju Mifsud (1708- 1781) – Żewġ Mss tas-Seklu 18 fuq il-Lingwa Maltija, li hu fuq ix-xogħlijiet lingwistiċi ta’ Patri Pelaġju ġie mxandar nofsu biss (l-ewwel taqsima) għax ir-rivista Ilsienna, maħruġa mill-Għaqda Letterarja Maltija mietet fuq ommha u t-tieni ħarġa baqgħet ma ħarġet qatt. Kilitni l-kurżità biex niffamiljarizza ruħi ma’ kull referenza mogħtija f’xogħlijiet ta’ riċerkaturi oħra, bħal isem Brincat u Patri Timotju. Minnufih għaraft li Patri Pelaġju kien kittieb prolifiku u għalhekk id-diffikultà ma kinitx se tkun li ma nafx x’se nikteb, imma x’għandi nagħżel u x’għandi nħalli barra. Dejjem fittixt li nikkonsulta l-għejun primarji u dawn ħaduni l-Arkivju Parrokkjali ta’ Ħaż- Żebbuġ; l-Arkivju tal-Kunvent tal-Kapuċċini, il-Furjana; l-Arkivju tal-Katidral tal- Imdina; u l-Biblijoteka Nazzjonali tal-Belt. Ikkonsultajt xogħlijiet oħra fit-taqsima tal-Arkivju u tal-Kotba Rari fil-Biblijoteka tal-Università ta’ Malta. F’waħda miż-żjarat tiegħi fl-Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, sibt li f’wieħed mill-volumi mixxellanji ta’ Patri Pelaġju mhux talli kien hemm xogħol stampat ta’ Agius De Soldanis, Lettera sopra la fondazione, ed esistenza della chiesa, e convento de’ RR.Padri Cappuccini del Gozo di Malta 1759, li fih issemma Patri Pelaġju, imma talli Patri Pelaġju kiteb żewġ tweġibiet, Correzioni Critiche del Padre Pelagioma Mifsud-Piscopo Pred[icato]re Capuccino dalla Terra Zebug Intorno la Lettera sopra la Fondazione, ed esistenza della Chiesa e Convento de’ RR. PP. Capuccini del Gozo di Malta scritta dal Canonico Dottor Francesco Agius de Soldanis, diretta al Sacerdote D. Ignazio Saverio Mifsud dalla Valletta Avvocato, e Consultore del Sant’Officio, ed al Medesimo Rappresentate nel corrente Anno 1759. Waħda hi anonima u l-oħra hi ffirmata u t-tnejn għadhom manuskritti. Patri Pelaġju hawnhekk iżid id-doża kontra De Soldanis. B’dawn iż-żewġ xogħlijiet ta’ Patri Pelaġju nkomplu nikkonfermaw kemm ir-relazzjoni ta’ ħbiberija bejn dawn iż-żewġ letterati ewlenin ma kinitx waħda reċiproka, għall-inqas żgur li ma kinitx min-naħa ta’ Patri Pelaġju.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5330
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL010.pdf
  Restricted Access
7.87 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.