Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5869
Title: | Patri Indri Schembri u l-poezija religjuza sas-seklu 19 |
Authors: | Ciantar, Mark |
Keywords: | Schembri, Indri, 1805-1872 Religious poetry, Maltese Maltese poetry -- 19th century |
Issue Date: | 2012 |
Abstract: | Din it-teżina tistħarreġ il-ħidma letterarja ta' Indri Schembri (1805-1872) fil-qafas tat-tradizzjoni letterarja Ewropea u Maltija, b'enfasi partikolari fuq l-innijiet miġbura fil- Ġemgħa ta‘ Kliem Imqaddes, miktuba biex jiġu reċitati mill-emigranti Maltin tal-Alġerija. Il-kitba tal-Ġiżwita Indri Schembri tagħmel parti mill-istorja tal-poeżija reliġjuża Maltija. Huwa magħruf li Schembri kien attiv ħafna fost l-eluf ta' emigranti Maltin fl-Alġerija. Fil-fatt, il-kitba tiegħu kellha l-għan li tipprovdi lill-komunità Maltija fl-Alġerija ġabra ta' għanjiet li bihom tkun tista' tipparteċipa b'mod attiv fil-ħajja liturġika. L-għanja tiegħu, ta' xeħta popolari, tħaddem il-vuċi kollettiva li tinstema' bħallikieku f'kor. Fuq kollox, waqt li jwassal b'mod sempliċi u bi ħsieb lineari d-duttrina nisranija permezz tal-użu ta' kliem familjari u naturali, Schembri ried li jiżvolġi l-irwol ta' għalliem morali, bħalma kien is-saċerdot fil-kuntest tar-Romantiċiżmu Kristjan. Il-versifikazzjoni tiegħu kellha għan duttrinali. F'dan l-isfond il-poeta jsir edukatur morali tas-soċjetà. Fl-istess waqt, ried iħeġġeġ lill-emigranti Maltin fil-fidi u dan seta' jagħmlu billi juża l-ilsien nattiv, anke għaliex il-ġemgħa kienet waħda illitterata u nieqsa mill-edukazzjoni formali. Il-kitba tiegħu ma kellhiex skop letterarju fiha nnfisha iżda kellha tkun kitba ta' arti li taqdi lill-poplu u tedukah: jiġifieri skop għalkollox extra-letterarju. Sabiex ix-xogħol ta' Schembri jista' jiġi valutat irid ikun inkwadrat fl-isfond storiku tas-seklu 19 u għalhekk il-versi tiegħu għandhom siwi storiku għaliex huma bikrija meta mpoġġija fil-kuntest tal-poeżija miktuba bil-Malti. Barra minn hekk trid titqies ukoll l-istorja tal-poeżija reliġjuża Ewropea u fuq kollox dik Maltija sabiex ma tingħatax biss ħarsa sinkronika iżda wkoll waħda dijakronika. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5869 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2012 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
12BAMAL006.pdf Restricted Access | 9.12 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.