Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8840
Title: | Id-duwalizmu filosofiku f'siltiet narrattivi mil-letteratura Maltija |
Authors: | Scicluna, Gianluca |
Keywords: | Dualism in literature Philosophy in literature Psychological literature -- Malta |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | Id-duwalità huwa kunċett filosofiku rikorrenti ħafna, u fil-kultura Maltija huwa importanti ħafna anki għaliex hu parti mill-viżjoni Mediterranja tal-ħajja. Id-duwalità tixref f’bosta oqsma tal-ħsieb u tal-azzjoni f’Malta. Permezz tal-qari u tar-riċerka għal din it-teżina ksibt informazzjoni filosofika fuq il-kunċett innifsu. Dan kien meħtieġ ħafna biex stajt nistħarreġ elementi filosofiċi fil-Letteratura Maltija u dejjem b’riferiment għal ideat fondamentali fl-istorja tal-ħsieb. Letteratura u Filosofija huma meqjusin bħala sħab ta’ xulxin. F’din it-teżina beħsiebni naqsam ix-xogħol f’introduzzjoni mimlija teoriji filosofiċi li għenuni biex nibda nikteb u nibni pedament sod dwar il-kunċett innifsu. Wara l-introduzzjoni hemm tliet kapitli li jikkonsistu fil-kritika u ideat filosofiċi kollha marbuta mad-duwaliżmu. F’dawn il-kapitli ħadt diversi awturi Maltin li fix-xogħlijiet narrattivi tagħhom hemm ħjiel ta’ duwaliżmu f’xejra jew oħra. Se nispjega s-siltiet li nislet u noffri spjegazzjoni letterarja u filosofika għalihom. Barra minn dan se nitkellem dwar kif id-duwaliżmu preżenti f’dawn il-kitbiet għen biex it-tifsira toħroġ aħjar u b’mod ċar. Fl-isfond ta’ dan kollu hemm tradizzjoni filosofika twila li tibda minn żmien Platun u Aristotli; u tasal sa Descartes u l-eżistenzjalisti. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8840 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13BAMAL024.pdf Restricted Access | 1.11 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.