Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8843
Title: | Dahla generali ghal awtur mhux maghruf Patri Ugo Mallia (1931-2005) |
Authors: | Vassallo, Alvin |
Keywords: | Mallia, Ugo, 1931-2005 -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 20th century Religion in literature |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | L-għan ta’ din it-teżina dwar Patri Ugo Mallia huwa li jkun magħruf u jinxteħet ftit dawl fuq kitbietu, il-kontribut tiegħu għall-Malti u l-letteratura inġenerali. Mallia kiteb kemm poeżiji bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Imħabbtu lejn il-Malti hija espressa f’kitbietu, fis-sehem li ta f’numru ta’ għaqdiet tal-Malti kif ukoll fid-diversi kompetizzjonijiet tal-poeżiji li pparteċipa fihom. Din it-teżina tagħti ħarsa lejn kitbietu biex b’hekk il-qarrej ikollu idea aħjar talkontribut tiegħu fil-letteratura Maltija filwaqt li tista’ tkun ta’ għajnuna biex tagħti l- ħajja lill-kitba ta’ Mallia u lill-poeti Karmelitani. F’kitbietu tispikka l-imħabba li kellu lejn il-Malti, l-identità Maltija, ir-reliġjon u l-Ordni Karmelitan. It-teżi hija studju ta’ kitbiet varji, poeżiji u saġġi kritiċi. Fil-fatt hija maqsuma fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jagħti ħarsa ġenerali lejn min kien Mallia. F’ħajtu tispikka l- ħidma kontinwa fl-Ordni, il-kitba u anki l-imħabba għat-tagħlim. It-tieni kapitlu jagħti ħarsa lejn uħud mill-poeżiji tiegħu dwar l-estetika tal-poeżija, ir-reliġjon u l-Madonna. L-istess kapitlu jagħti ħarsa lejn żewġ ġeneri tal-poeżija: il-ballata u l-eleġija. L-aħħar kapitlu jagħti ħarsa lejn is-saġġi u l-artikli tiegħu f’xi ġurnali. F’dawn is-saġġi wera mħabbtu lejn il-Malti u xewqa tiegħu li jikkontribwixxi aktar lejn il-Malti u l-letteratura. Kull kitba msemmija f’din it-teżi tinsab fl-arkivju tal-Provinċja Karmelitana fil-Balluta. Minn hawn nixtieq li din it-teżi tkun ta’ ispirazzjoni biex issir ġabra ta’ kitbietu u tal-manuskritti tiegħu biex titgawda iktar mill-pubbliku inġenerali. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8843 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13BAMAL027.pdf Restricted Access | 1.63 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.