Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8890
Title: | Kummiedja ghall-familja kollha ta' Alex Vella Gera |
Authors: | Cassar, Jean Pierre |
Keywords: | Vella Gera, Alex, 1973- -- Criticism and interpretation Causation in literature Intertextuality |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | Għalkemm kien l-ewwel xogħol ta’ proża li ppubblika, ir-rumanzett Lil Hinn mill-Jien ma kienx l-ewwel wieħed li kiteb Vella Gera. L-ewwel xogħol tiegħu ta’ proża letterarja kien “Il-Madonna tal-Fridge,” dramm li qatt ma nħadem u ftit li xejn inqara, li Vella Gera jiddeskrivih bħala “prekursur bikri ta’ Lil Hinn mill-Jien” (Vella Gera, Intervista) u fih hemm diversi elementi simili, fosthom il-wild li jaħrab mid-dar. Ir-rumanzett miktub fl-ewwel xhur tal-2003, ġie ppubblikat mill-awtur fl-2009 minħabba li ma sab ’il ħadd lest li jippubblikah. Barra minn hekk, ma ngħatax ħafna attenzjoni anke wara l-isforzi li saru mill-awtur stess meta kkuntattja xi gazzetti. Ixxogħol ta’ Vella Gera ġie mfittex ħafna wara l-għagħa li nqala’ fuq “Li Tkisser Sewwi,” u bis-saħħa ta’ dan Lil Hinn mill-Jien ħa spinta qawwija fil-bejgħ. L-istil pjuttost mhux tas-soltu għan-narrattiva Maltija li joffri dan ir-rumanzett huwa bbażat fuq strateġija narrattiva b’ħames narraturi differenti, ħames vuċijiet li jirrakkontaw il-perspettiva tagħhom fuq familja u patri fi kriżi. Vella Gera jagħmel dan apposta biex juri kif ġrajja waħda tiġi interpretata b’modi differenti. Wara li ħa din iddeċiżjoni, it-tema ta’ kriżi ta’ familja ġiet naturali, “għaliex l-ilħna differenti jidħlu kexxun fi storja bħalma kelli f'moħħi” (Vella Gera, “Intervista”). F’dan l-istudju jiġu ttrattati tekniki li jsawru narrattiva, u dak li jagħżel Vella Gera bħala estetika tal-ktieb, il-qoxra ta’ barra, l-istruttura ġewwiena u l-unika illustrazzjoni li tinsab fil-ktieb, tal-membri tal-familja, b’Fr. Galea ironikament fin-nofs. Is-sarkażmu fil-kitba jidher immedjatament fis-sottotitlu li għalkemm ma jingħatax prominenza jħalli effett qawwi fuq ir-rumanzett minħabba li Vella Gera jimplika immedjatament li dik il-kitba hi biss kummiedja, kummiedja sewda li tidħak bis-sitwazzjonijiet tal-biki fil-ħajja. Din in-narrattiva tinqeda ħafna bid-diskors dirett li jagħmel ir-rumanzett iktar konkret għax jinstemgħu l-ilħna tal-protagonisti u jinħassu t-tensjoni u l-emozzjoni bejniethom. Barra minn hekk, Vella Gera juża diversi tekniki oħra narrattivi bħallakuni u b’mod speċjali l-paralleliżmu. Iż-żewġ rakkonti prinċipali jidhru bħala paralleli, iżda permezz ta’ “żvelar gradwali” (Vella Gera, Intervista), il-qarrejja jindunaw lejn l-aħħar li ż-żewġ stejjer jiltaqgħu. Minħabba l-użu tal-paralleliżmu, dan ix-xogħol jista’ jitqabbel ukoll ma’ Ħdejn in-Nixxiegħa ta’ Trevor Żahra. L-innu reliġjuż “Nersaq lejn l-Artal” huwa wkoll inkluż f’dan ix-xogħol permezz ta’ paralleliżmu bejn id-diskors tal-patri u l-kliem ta’ dan l-innu fil-kapitlu “Psikosomatiku 4.” |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8890 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13BAMAL008.pdf Restricted Access | 1.45 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.