Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100123
Title: | It-teknika tal-fallaċja patetika fir-romantiċiżmu bikri : Vassallo, Muscat Azzopardi u Psaila |
Authors: | Buttigieg, Michela (2022) |
Keywords: | Vassallo, Ġan Anton, 1817-1868 -- Criticism and interpretation Muscat Azzopardi, Ġużè, 1853-1927 -- Criticism and interpretation Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 19th century Maltese poetry -- 20th century Romanticism -- Malta Personification in literature |
Issue Date: | 2022 |
Citation: | Buttigieg, M. (2022). It-teknika tal-fallaċja patetika fir-romantiċiżmu bikri: Vassallo, Muscat Azzopardi u Psaila (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Din it-teżina tanalizza t-teknika tal-fallaċja patetika (jew it-taqriqa patetika kif isejħulha xi kritiċi) fi tliet poeti tal-perjodu Romantiku bikri f’Malta: Ġan Anton Vassallo, Ġużè Muscat Azzopardi, u Dun Karm Psaila. Minkejja li għall-ewwel dan it-terminu ntuża b’ton dispreġjattiv, maż-żmien sar meqjus bħala strateġija ewlenija tal-lirika Romantika. Bħala teknika fiha ħafna aspetti funzjonali u effettivi li jikkontribwixxu biex is-sentiment jew il-ħsus tal-jien liriku, flimkien ma’ sfumaturi tematiċi, jiġu esternalizzati fl-ambjent, li b’konsegwenza ta’ dan il-proċess isir atmosfera, jiġifieri, taħlita straordinarja ta’ post u ħsus. Għalhekk, jintwera kif elementi tal-pajsaġġ – fosthom l-ilwien, il-klima, it-temperatura u proċessi u xejriet materjali oħra tal-ambjent – isiru suġġestivi ħafna, tant li jerfgħu fihom inferenzi u implikazzjonijiet dwar sentiment uman li jkun qiegħed jikkorrispondi magħhom. B’dan il-mod, dan l-istudju juri kif ir-rappreżentazzjoni Romantika tal-ambjent qatt mhi newtrali għax dejjem titgħabba b’din il-qawwa suġġestiva. Dan jidher effettivament fitt-tliet poeti mistħarrġa li, bl-idjomi liriċi rispettivi tagħhom, jibnu dan it-tip ta’ pajsaġġ atmosferiku u, jiffurmaw tendenza Romantika waħda u komprensiva fejn jidħol l-ambjent suġġestiv. |
Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100123 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2022 Dissertations - FacArtMal - 2022 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
22BAMAL007.pdf Restricted Access | 1.05 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.