Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101972
Title: Il-Malti fost il-partitarji ta’ Hibernians F.C. u Valletta F.C.
Authors: Mangion, Nicole (2022)
Keywords: Hibernians F.C.
Valletta F.C.
Soccer teams -- Malta
Soccer fans -- Malta -- Language
Maltese language -- Jargon
Issue Date: 2022
Citation: Mangion, N. (2022). Il-Malti fost il-partitarji ta’ Hibernians F.C. u Valletta F.C. (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina tanalizza l-lingwaġġ li jintuża fost il-partitarji ta’ Hibernians F.C. u Valletta F.C. fl-attivitajiet differenti tagħhom. Permezz ta’ dan l-istudju, wieħed se japprezza l-firxa ta’ modi kif tintuża l-lingwa minn dawn il-partitarji kif ukoll iddedikazzjoni li għandhom dawn l-istess nies lejn it-tim li jissapportjaw. L-istudju jibda billi jiddistingwi bejn is-sapport tradizzjonali u l-fenomenu aktar reċenti tal-ultras. Dan it-tieni grupp, li huwa s-suġġett tal-istudju, għandu kultura kumplessa ħafna, iżda din it-teżina se tiffoka biss fuq il-mod kif l-ultras jinsġu lmessaġġi ta’ sapport tagħhom, anki jekk il-membri mhux bilfors li għandhom għarfien kritiku tal-proċessi li bihom jikkomponu xogħolhom. It-teżina tanalizza l-oqsma differenti li għandu s-sapport tal-futbol lokali li jinkludu l-kanzunetti, il-prodotti li joħorġu l-ultras stess (ħwejjeġ, CD’s, strixxuni u riklami fuq il-midja soċjali) u x’tip ta’ lingwaġġ jintuża waqt id-disgħin minuta logħob. Din l-analiżi ssir bil-ġbir ta’ materjal li jinstab f’siti differenti kif ukoll permezz ta’ intervisti ma’ wħud mill-protagonisti tal-ultras Pawlisti u Beltin. Jien u nosserva lil dawn il-partitarji rajt li l-kultura tal-ultras tinkorpora fiha referenzi li mhux neċessarjament huma marbutin mal-futbol innifsu. Barra minn hekk iż-żewġ settijiet ta’ ultras huma influwenzati ħafna minn gruppi ta’ ultras barranin kif ukoll minn proċessi kulturali oħrajn importati. Dan se jwassal biex ħafna materjal juża taħlita ta’ Malti u Ingliż u li din it-tieni lingwa, kulma jmur, qiegħda ssir dejjem iktar prominenti.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101972
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22BAMAL015.pdf
  Restricted Access
3.06 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.