Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101981
Title: | In-novelli ta’ Ġużè Aquilina |
Authors: | Calleja, Martha (2022) |
Keywords: | Aquilina, Ġużè, 1911-1997 -- Criticism and interpretation Short stories, Maltese -- 20th century Realism in literature Idealism in literature |
Issue Date: | 2022 |
Citation: | Calleja, M. (2022). In-novelli ta’ Ġużè Aquilina (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | L-għan ta’ dan l-istudju huwa biex juri l-aspetti differenti fin-novelli ta’ Ġużè Aquilina, b’fokalizzazzjoni fuq ir-realiżmu u l-idealiżmu li jinsabu fihom. Il-ħtieġa li jinkiteb xogħol fuq innovelli tiegħu kienet kbira peress li hemm nuqqas kbir ta’ studji fuq dawn in-novelli. In-novelli relevanti għal dan ix-xogħol huma tnax li nkitbu bejn l-1932 u l-1989. Dawn innovelli huma meħuda mir-rivisti Leħen il-Malti u Il-Malti u mill-ktieb Antoloġija ta’ Proża Maltija ta’ Aquilina stess. L-appendiċi fl-aħħar tat-teżi, In-Narrattiva ta’ Ġużè Aquilina ta’ Jake Mejlak, juru dawn in-novelli meta nkitbu u fejn u huma anki maqsumin skont it-tema tagħhom. L-ewwel kapitlu ta’ dan ix-xogħol huwa bbażat fuq sfond storiko-kulturali fejn se jiġu deskritti avvenimenti mill-istorja fiż-żmien li għex fih Aquilina, li setgħu jiffurmaw l-ideoloġija tiegħu bħala kittieb u novellist. Dan l-isfond se juri wkoll kif kienet il-ħajja ta’ dak iż-żmien, mhux biss f’Malta imma anki f’Għawdex. Dan il-kapitlu se jfiehem x’seta’ kien li affettwa lil Aquilina sabiex jikteb dawn in-novelli. It-tieni kapitlu jittratta fuq l-istorja tan-novella inġenerali u se jidhru l-aspetti ġenerali ta’ Aquilina bħala novellier. Aquilina se jiġi mqabbel ukoll ma’ novelliera oħra li huma Temi Zammit u Ġwann Mamo u se jidher kif dawn in-novelliera affettwaw lil Aquilina bit-tekniki tagħhom. It-tielet kapitlu se jiffoka fuq ir-realiżmu li jidher f’dawn in-novelli. Aquilina wera biċ-ċar ir-realtà tal-ħajja taż-żmien li kien qed jikteb fih permezz tar-realiżmu. Dan il-kapitlu se juri kull aspett realistiku li wieħed isib fin-novelli, mir-realtà tal-ħajja tal-fqar, għar-realtà tal-poter talKnisja u għar-realtà tal-mara inferjuri, fost l-oħrajn. L-aħħar kapitlu mbagħad, se jiffoka fuq lidealiżmu li jidher f’dawn in-novelli u se juri biċ-ċar l-ideoloġija ta’ Aquilina li kellu għal soċjetà aħjar. Din l-ideoloġija turi kemm Aquilina ried armonija bejn il-klassijiet, kif ukoll l-importanza tal-lingwa Maltija bħala lingwa ta’ prestiġju. |
Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101981 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2022 Dissertations - FacArtMal - 2022 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
22BAMAL008.pdf Restricted Access | 1.48 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.