Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102483
Title: | “U x-xemx welldet ġejjieni msabbar bit-tagħlim...” : analiżi tal-kitbiet letterarji ta’ John P. Portelli b’referenza għall-edukazzjoni |
Authors: | Vella, Elaine (2021) |
Keywords: | Portelli, John P., 1954- -- Criticism and interpretation Maltese literature -- 21st century Education in literature Teachers in literature |
Issue Date: | 2021 |
Citation: | Vella, E. (2021). “U x-xemx welldet ġejjieni msabbar bit-tagħlim...”: analiżi tal-kitbiet letterarji ta’ John P. Portelli b’referenza għall-edukazzjoni (Master's dissertation). |
Abstract: | Dan l-istudju jfittex li jagħraf x’inhi l-filosofija li John P. Portelli juża fit-testi letterarji tiegħu li jagħmlu referenza għall-edukazzjoni u janalizza l-istili differenti u t-temi edukattivi li jixirfu b’mod differenti fit-testi letterarji tiegħu. Barra minn hekk, dan jorbot għadd ta’ elementi edukattivi mislutin mill-kitbiet ta’ Portelli ma’ teoriji pedagoġiċi diversi li ħaddan tul is-snin. F’din ir-riċerka jiġu analizzati primarjament il-kwistjonijiet marbutin mat-tema ewlenija ta’ Portelli, il-ġustizzja soċjali u n-nuqqas tagħha fil-qasam edukattiv, kif ukoll il-karattri talgħalliema u tal-istudenti mislutin mil-letteratura ta’ Portelli. L-ambjent tal-klassi huwa determinanti fil-kitbiet ta’ Portelli u hekk ukoll il-ħajja wara l-iskola. L-għalliema fil-letteratura ta’ Portelli jidħlu f’sitwazzjonijiet li minn ħsibijiethom u l-imġiba tagħhom jixirfu lfehmiet u t-twemmin tagħhom dwar l-edukazzjoni demokratika u jinkixfu problemi marbutin mal-inklużjoni, id-deficit mentality fl-edukazzjoni, kif ukoll kwistjonijiet marbutin mal-edukazzjoni morali u umanizzatriċi. Il-filosofiji tal-edukazzjoni u l-pedagoġiji mħaddma mill-għalliema jinfluwenzaw mhux biss lill-istudenti b’mod individwali, iżda jħallu wkoll impatt fuq is-soċjetà b’mod wiesa’. Din ir-riċerka tħares ukoll lejn l-istudenti bħala 'classroom learners', u għalhekk kif it-tip ta’ involviment tal-istudenti fl-edukazzjoni u l-ħarsien lejn iddiversitajiet individwali jinfluwenzaw l-effettività tat-tagħlim. Dan l-istudju juri l-importanza li jiġu esposti u diskussi l-ħtiġijiet u l-bidliet li hemm bżonn isiru fil-qasam edukattiv, u limġiba u l-attitudnijiet li jeħtieġu jagħmlu użu minnhom l-għalliema sabiex tintrebaħ il-ġlieda kontra l-inġustizzji soċjali u d-diskriminazzjoni lejn l-istudenti biex b’passi żgħar iżda konsistenti, naqdfu lejn dinja magħquda, inklużiva u edukata b’mod sħiħ. |
Description: | MTL(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102483 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2021 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
21MTL72.pdf Restricted Access | 1.51 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.