Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/104556
Title: Kwalita’ tal-ħajja għat-tarbija li se titwieled
Authors: Kenely, Natalie
Keywords: Quality of life
Medical ethics
Social problems -- Malta
Abortion -- Malta
Women's health services -- Malta
Mother and child -- Malta
Parental rejection -- Malta
Issue Date: 2012
Publisher: Moviment Malti dwar it-Tarbija li se Titwieled
Citation: Kenely, N. (2012). Kwalita’ tal-ħajja għat-tarbija li se titwieled. Konferenza Nazzjonali Mill-Moviment Malti dwar it-Tarbija li se Titwieled, Bugibba.
Abstract: Fl-aħħar ħmistax-il sena psikologi ewlenin ikkonfermaw permezz ta’riċerka medika u l-esperjenza klinika li t-tarbija fil-ġuf tisma ', ittiegħem, tħoss, u titgħallem; u dak li tesperjenza jibda jifforma l-attitudnijiet u l-aspettattivi tagħha dwarha nnifisha. Huwa ta 'importanza kbira allura, li aħna nifhmu dan is-suġġett tajjeb biżżejjed, biex inkunu nistgħu nipprovdu l-aħjar ambjent u ħajja ta’ kwalita’ għat-tarbija fil-ġuf. Iżda ħa niehdu pass wieħed wara l-ieħor ... Nixtieq li naqsam dawn il-ftit ħsibijiet magħkom, liebsa l-kpiepel differenti tiegħi ta’ social worker u akkademika fil-qasam, ħaddiema volontarja maż-żgħażagħ u adulti għal ħafna snin, chairperson tal-kummissjoni nazzjonali familja - fejn aħna nikkonċernaw ruhna dwar il-benesseri tal-membri kollha tal-familja – u fl-aħħar u mhux l-inqas omm ta 'żewġt itfal u omm li esperjenzajt it-telfa u l-uġigħ ta’ miscarriage. Dan ma kienx sempliċiment esperjenza medika, iżda esperjenza profondament emozzjonali! Jiena ħdimt u għadni naħdem ma' żgħażagħ u adulti li jkunu qed jesperjenzaw sens profond ta' rifjut, ansjetà, sens li qatt ma jistgħu jogħġbu lil ħadd, wisq inqas lilhom infushom. Permezz ta’ ħidma intensiva, spiss jirnexxielna nittraċċaw l-għeruq ta 'dawn il-kwistjonijiet, għall-ħajja tagħhom fil-ġuf. Tfal mhux mixtieqa, tfal mhux ippjanati; tfal li ommhom riedu jabortixxu; tfal li baqgħu ħajjin wara attentat ta’ abort ... it-taqlib psikoloġiku u emozzjonali li jkunu qed jesperjenzaw fil-ħajja tagħhom huwa ta’ qsim il-qalb. Qrajt u qsamt hafna stejjer kliniċi ta' psikoterapewti u ta' counsellors li esperjenzaw sitwazzjonijiet simili. Ir-riċerka fil-qasam qed tindika b'mod ċar li t-tarbija fil-ġuf hija sensittiva, tħoss, hija konxja u tista’ tiftakar. Psikologi prenatali huma konvinti li l-qofol tal-personalità tal-bniedem tifforma fil-ġuf. Studji juru li din il-formazzjoni tal-personalità isseħħ permezz ta' komunikazzjoni intensiva bejn il-ġenituri - speċjalment l-omm - u t-tarbija fil-ġuf. Hija l-kombinazzjoni ta' dawn ir-realtajiet li wassluni biex nagħżel li nitkellem dwar dan is-suġġett. Nemmen bis-sħiħ li nistgħu niżguraw li t-tfal jikbru f’ambjent kemm jista’ jkun pożittiv, mill-mument tal-konċepiment. Il-ġuf huwa d-dinja ewlenija tat-tfal – u dawn it-tfal jistgħu jesperjenzaw din id-dinja bħala faċli jew bħala ostili. Huwa inkontestabbli li l-kwalità tal-ambjent u l-kwalita’ tal-ħajja fil-ġuf, hija determinata prinċipalment millġenituri.
URI: https://unbornchildmalta.org/index.php?option=com_content&view=article&id=39:kwalita-tal-hajja-ghat-tarbija-li-se-titwieled-dr-natalie-kenely-ph-d-universita-ta-malta&catid=9&Itemid=106
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/104556
Appears in Collections:Scholarly Works - FacSoWSPSW

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Kwalita_tal-ħajja_għat-tarbija_li_se_titwieled_2012.pdf143.96 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.