Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105505
Title: Ħajja fis-servizz tal-knisja u r-riċerka : analiżi qasira tal-istudji storiċi tal-Kanonku Joe Abela
Authors: Grech, Sergio
Keywords: Abela, Joe, 1931-
Historians -- Malta -- Biography
Żejtun (Malta) -- Biography
Żejtun (Malta) -- History
Zahra, Walter Robert, 1912-2003
Wirt iż-Żejtun
Cultural organisations -- Malta -- Żejtun
Catholic Church -- Clergy -- Malta -- Biography
Issue Date: 2022
Publisher: Żejtun : Għaqda Mużikali Beland
Citation: Grech, S. (2022). Ħajja fis-servizz tal-knisja u r-riċerka : analiżi qasira tal-istudji storiċi tal-Kanonku Joe Abela. Festa Santa Katarina V.M., Żejtun, 2022, 107, 110-111
Abstract: Joe Abela u ftit nies oħra, iż-Żejtun seta' jkollu l-istorja tiegħu miktuba b'mod xjentifiku. Qabel Abela u xi waħdiet bħal Walter R. Zahra, kien hemm vojt kbir. U din, anki jekk tidher, mhix stqarrija esaġerata jew sproporzjonata. Kollu minnu li kien hemm L-Istorja taż-Żejtun u Marsaxlokk ippubblikat fl-1927 minn E.B. Vella li ħafna jafuh għall-famuż xogħol tiegħu Ġabra ta' Ward. Inċidentalment, forsi ftit jafu li Vella kien ukoll Kap tal-lskola Primarja taż-Zejtun. Imma dak il-ktieb ta' Vella, minkejja kollox, ma kienx biżżejjed u ma kienx jagħti l-aħħar kelma fuq iż-Żejtun u ż-Żwieten tiegħu. Għalkemm veru wkoll li l-ebda storiku m'għandu l-jedd li jippretendi li qed jikteb l-aħħar kelma! Fuq kollox, ix-xogħol ta' Vella kien nieqes mill-ħajja soċjali taż-Żejtun li l-Kanonku Abela ddedika tant ħin għaliha u dwarha biex sawwarha f'kitba. Terġa' u tgħid, Vella ma kellux aċċess għall-ħemel ta' dokumenti li ra l-Kanonku Joe Abela. Il-kobor ta' Abela jinsab fil-fatt li hu ħaddem skemi xjentifiċi biex kiteb storja ta' raħal min-nuċċali ekkleżjastiku u politiku kif ukoll soċjali. Għax listorja ma jagħmluhiex biss in-nies il-kbar li normalment imissu mal-poter imma anki ż-żgħar li bosta drabi leħinhom qatt ma ġie reġistrat. Fuq kollox, il-Kanonku Abela qatt ma waqa' fil-labirint tal-istorja falza li tkeskes u toħloq il-parrokjaliżmu u l-pika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105505
Appears in Collections:Għaqda Mużikali Beland

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ħajja fis-Servizz tal-Knisja u r-Riċerka.pdf447.65 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.