Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1065
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorBonello, Dorianne-
dc.date.accessioned2015-01-30T14:15:53Z-
dc.date.available2015-01-30T14:15:53Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1065-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractId-dinja fittizja li tirrakkonta fuq il-gwerra titbandal bejn il-memorja ta’ avveniment storiku u l-immaġinazzjoni. Emanuel Psaila, fit-teżi tiegħu “Il- Letterarjetà fin-Narrattiva ta’ Ġużè Ellul Mercer,” jinqeda b’dak li tgħid Elena Lamberti fil-ktieb Memories and Representations of War: The Case of World War I and World War II, fuq il-mod ta’ kif in-narrattiva tbiddel l-esperjenza tal-gwerra f’immaġini, li faċilment jiġu “rikonoxxuti u aċċettati u li jidhru bħala l-verità filperċezzjoni tal-udjenza – immaġini li inevitabbilment jinbnew fuq proċess ta’ għażla konxja ta’ materjal, sorsi, evidenzi, fehmiet, u tifkiriet disponibbli” (Psaila 91). Ir-rakkont fittizju, inkluż dak dwar il-gwerra huwa possibbli f’ġeneri bħallawtobijografija u l-bijografija iżda żgur li mhux fid-djarju. Skont Lejeune rikostruzzjoni immaġinarja tal-preżent tista’ tidher biss bħala gidba u diffiċli biex id-djarjisti jżommuha u jkomplu jisħqu jew jibnu fuqha. “How could you adjust yesterday’s lies to match today’s realities, every single day? It would be a fulltime job just keeping the two in parallel. They would soon diverge infinitely” (Lejeune, On Diary 202). Djarju huwa eżempju ta’ dik li Lejeune jagħżel li jsejħilha “antifiction,” “antifinzjoni,” terminu li joħloq hu għax huwa aktar preċiż minn “non-fiction,” fis-sens li ma jirreferix għat-testi kollha li ma fihomx finzjoni, imma għallkategorija speċifika ta’ testi li twarrab speċifikament lill-finzjoni. Minkejja dak li jagħmel awtur bħal Trevor Żahra fl-awtobijografija tiegħu, Il-Ġenn Li Jżommni f’Sikti, Lejeune jemmen li fl-awtobijografija l-kittieba għandhom jagħmlu minn kollox biex imorru kontra l-finzjoni, imma għad-djarjista din hija restrizzjoni fundamentali li ma tistax taħrabha, bħal-liġi tal-gravità. Tfajla ta’ dsatax-il sena, Frannie, bdiet tikteb id-djarju tagħha fuq l-Internet f’April bl-iskop li jkun wieħed fittizju u kompliet għaddejja bih sa Ottubru, meta ma felħitx iktar u kellha tistqarr li dak li qasmet mal-qarrejja tagħha kien fih il-gideb u kitbitilhom ittra fejn uriet id-dispjaċir tagħha. Iddeċidiet li tistqarr il-verità għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett minħabba s-sens ta’ ħtija li bdiet iġġarrab kaġun tal-gideb lillqarrejja tagħha, u t-tieni għax djarju ta’ dan it-tip kien qed jillimitaha millaffarijiet li xtaqet tgħid fih fil-verità.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectWorld War, 1939-1945 -- Malta -- Personal narrativesen_GB
dc.subjectDiaries in literatureen_GB
dc.titleTaħt in-Nar u l-ġeneru tad-djarjuen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Malta-
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Maltese-
dc.description.reviewedN/A-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL007.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0071.86 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.