Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1085
Title: Is-sensiela tal-Aħwa De Molizz : analiżi ta’ kitba kontemporanja għat-tfal b’fibra idjosinkratika
Authors: Borg, Kristy
Keywords: Maltese fiction -- 21st century
Children's literature -- 21st century -- Malta
Maltese literature -- 21st century
Children -- Books and reading -- Malta
Issue Date: 2014
Abstract: There is more treasure in books than in all the pirate’s loot on Treasure Island. Hekk jgħid Walt Disney biex juri kemm il-ktieb huwa prezzjuż għall-bniedem. L-importanza tal-qari, għandha tkun imnissla f’moħħ il-bniedem minn età żgħira. Il-qari jgħin biex it-tfal jiżviluppaw aħjar, kemm mentalment kif ukoll intelletwalment. Dan għaliex, il-ktieb stess iħaddan dinja ġdida fih innifsu, u jkun qed jistieden lill-qarrej biex jidħol fiha hu wkoll. Sabiex wieħed jieħu gost jaqra, irid ikollu minn fejn jagħżel il-kotba. F’ħafna pajjiżi, il-letteratura għat-tfal għaddiet minn proċess twil biex irmiet u kotrot sa żviluppat kif nafuha llum. L-istess ġara hawn Malta, bid-differenza li l-proċess beda ħafna wara u mexa aktar bil-mod. Il-fokalizzazzjoni ta’ din it-teżina, ser ikunu ż-żewġ rumanzi tat-tfal: Il-każ (kważi) kollu tal-Aħwa De Molizz u U (llum) jispiċċa l-każ tal-Aħwa De Molizz ta’ Clare Azzopardi. Din is-sensiela kisbet popolarità kbira mat-tfal Maltin u għalhekk bis-saħħa ta’ analiżi profonda ta’ diversi xejriet fir-rumanz, ser naraw x’kienet ir-raġuni wara dan, minn lenti idjosinkratika. Waħda mill-mistoqsijiet prinċipali li fuqha hi bbażata din it-teżi hi, li niskopru x’inhu dak li jagħmel lil din is-sensiela daqshekk differenti mill-oħrajn. Mhuwiex l-għan tat-teżi li jqabbel l-awtriċi ma’ awturi oħrajn li jiktbu għat-tfal, iżda li nikxfu l-partikolarità ta’ dak kollu li jsawwar dawn iż-żewġ rumanzi, tant li saħħru t-tfal Maltin għal warajhom.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1085
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL009.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0091.03 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.