Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108937
Title: | Introduzzjonijiet motivanti għal-lezzjonijiet tal-grammatika permezz tal-umoriżmu |
Authors: | Farrugia, Thea (2022) |
Keywords: | Maltese language -- Grammar -- Study and teaching (Secondary) -- Malta Wit and humor in education -- Malta Language awareness -- Malta |
Issue Date: | 2022 |
Citation: | Farrugia, T. (2022). Introduzzjonijiet motivanti għal-lezzjonijiet tal-grammatika permezz tal-umoriżmu (Master's dissertation). |
Abstract: | L-għan ewlieni ta’ din ir-riċerka kien li nipprovdi l-idea kif l-umoriżmu u ċ-ċajt jistgħu jservu ta’ introduzzjoni motivanti għal-lezzjoni tal-grammatika. Minn dan l-iskop ħareġ it-tieni għan tal-istudju, jiġifieri li nuri kif iċ-ċajt jista’ jipprovdi kuntest għall-ewwel fażi tal-proċess tat-tinqija fil-lezzjonijiet tal-grammatika tal-Malti bħala l-ilsien nattiv. Biex inkun nista’ nara jekk iċ-ċajt fihx biżżejjed elementi mħaddma tal-grammatika biex jintuża għall-ewwel pass tal-proċess tat-tinqija, kelli nħejji kampjun ta’ ċajt. Il-ġbir tal-kampjun ta’ ċajt għamiltu billi ħadt ċajt mill-ġabra li għamilt għall-ewwel teżi tal-BA (Unuri). Madankollu mhux iċ-ċajt kollu f’din il-ġabra kien jgħodd għal din ir-riċerka u, għaldaqstant, żidt iktar ċajt, l-iktar mir-rivista Sagħtar. B’kollox ġbart 120 ċajta u dan il-kampjun ippermettieli nagħmel analiżi fuq iċ-ċajt biex nosserva liema mekkaniżmi grammatikali jidhru regolarment. Wara l-analiżi taċ-ċajt offrejt suġġerimenti ta’ pjanijiet tal-lezzjonijiet li l-introduzzjonijiet tagħhom huma mibnija fuq iċ-ċajt meħud mill-kampjun. Għaldaqstant stajt nuri kif iċ-ċajt għandu biżżejjed strutturi grammatikali biex jintuża fit-tagħlim tal-grammatika tal-ewwel lingwa u, fl-istess waqt, li jimmotiva lill-istudenti. |
Description: | MTL(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108937 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2022 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2218EDUEDU500100011375_1.PDF | 1.45 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.