Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108941
Title: Il-politika fil-klassi tal-Letteratura Maltija tal-għaxar sena : analiżi empirika, kritika u multimodali
Authors: christabelle.borg.17@um.edu.mt
Authors: Borg, Christabelle (2022)
Keywords: Maltese literature -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Education -- Political aspects -- Malta
Critical thinking in adolescence -- Malta
Issue Date: 2022
Citation: Borg, C. (2022). Il-politika fil-klassi tal-Letteratura Maltija tal-għaxar sena: analiżi empirika, kritika u multimodali (Master's dissertation).
Abstract: Din it-teżi tistudja kemm u kif il-politika hi preżenti fil-lezzjonijiet tal-letteratura tal-Malti tal-għaxar sena. Barra minn hekk, tanalizza r-reazzjonijiet tal-istudenti għall-politika preżenti f’dawn l-istess lezzjonijiet. Il-metodoloġija mħaddma hi waħda kwalitattiva u d-data nġabret kompletament minn intervisti individwali li saru ma’ sitt għalliema tal-Malti li jgħallmu f’din issena tas-sekondarja wkoll. L-analiżi identifikat kemm il-politika hi preżenti fil-lezzjonijiet talletteratura Maltija u f’lezzjonijiet ta’ ħiliet u oqsma differenti, kif il-politika tiġi ppreżentata lillistudenti fix-xogħlijiet letterarji, u liema temi politiċi jinteressaw u jdejqu l-aktar lill-istudenti, mix-xogħlijiet studjati. It-teżi toffri wkoll għadd ta’ suġġerimenti pedagoġiċi u multimodali li jistgħu jiġu pprattikati mill-għalliema sabiex jgħinu lill-istudenti tagħhom jitqarrbu aktar lejn il-politika u jiżviluppaw viżjoni matura tagħha. Din it-teżi tħeġġeġ lill-għalliema tal-Malti u lil għalliema ta’ suġġetti oħrajn, jemmnu aktar fil-preżenza tal-politika fil-klassijiet tagħhom u jippjanaw lezzjonijiet b’temi politiċi biex jilħqu għanjiet differenti b’rabta mas-suġġett mgħallem.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108941
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2218EDUEDU500100011136_1.PDF
  Restricted Access
5.49 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.