Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108952
Title: ‘Illum il-Festa Tagħna!’ : unità didattika għat-tagħlim tal-ilsien Malti fil-livell sekondarju
Authors: Sciberras, Yurgen (2022)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Educational anthropology -- Malta
Malta -- Social life and customs
Feasts, Religious -- Malta
Issue Date: 2022
Citation: Sciberras, Y. (2022). ‘Illum il-Festa Tagħna!’: unità didattika għat-tagħlim tal-ilsien Malti fil-livell sekondarju (Master's dissertation).
Abstract: Il-festi Maltin jagħmlu parti ewlenija mill-kultura Maltija. Il-wirt lingwistiku u letterarju marbut magħhom għandu potenzjal pedagoġiku kbir, anki jekk sa issa ddokumenti kurrikulari prinċipali, jiġifieri l-Kurrikulu Nazzjonali (Ministeru talEdukazzjoni u x-Xogħol, 2012) u s-Sillabu tal-Malti (MATSEC, 2020) ftit li xejn jagħtuhom importanza diretta. Din id-dissertazzjoni hi msejsa fuq proġett kurrikulari li jipproponi għażla mifruxa u mtarrġa ta‘ kontenut b‘rabta mal-festi Maltin skont xi prinċipji ta‘ unità didattika, bl-isem, ‘Illum il-Festa Tagħna!‘. B‘hekk, l-istudenti Maltin tad-disa‘ sena jiżviluppaw il-lingwa Maltija f‘kuntest li jintrabat mal-esperjenzi tagħhom, jistimulaw l-attenzjoni, u jqanqlu l-ħsieb kritiku tagħhom. Mifruxa fuq għaxar lezzjonijiet, din l-unità didattika tinkludi attivitajiet inklussivi, riżorsi teknoloġiċi, u taħriġiet innovattivi li jqiegħdu lill-istudenti fiċ-ċentru tal-esperjenza tat-tagħlim. Din l-unità didattika toffri lehmiet dwar l-assessjar tul disa‘ lezzjonijiet u kampjun ta‘ test bil-għan li jitwettaq fi tmiemha. Dan kollu se jwassal biex l-istudenti, bħala ċittadini Maltin ta‘ għada, jiksbu konsapevolezza, japprezzaw u jivvalurizzaw aktar dak li hu kulturalment Malti. Din l-unità didattika se sservi wkoll biex l-istudenti jiżviluppaw elementi ta‘ ħsieb kritiku meta jintalbu jgħarblu xi aspetti tal-festi Maltin. B‘hekk, dan il-wirt kulturali u nazzjonali Malti jinżamm ħaj u jagħraf jaġġorna u jiġġenera ruħu. Din id-dissertazzjoni tagħlaq billi tistabbilixxi l-merti tar-riċerka li twassal għar-riflessjoni tar-riċerkatur fuq il-proċess u l-prodott finali ta‘ dan il-proġett kurrikulari.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108952
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2218EDUEDU500100011662_1.PDF6.78 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.