Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109696
Title: Ħelsien u n-narratur li dejjem jindaħal
Authors: Grima, Adrian
Keywords: Zola, Emile, 1840-1902. Germinal
Capuana, Luigi, 1839-1915. Giacinta
Authors, Maltese
Prose literature
Characters and characteristics in literature
Realism in literature
Romanticism
Issue Date: 2019
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Grima, A. (2019). Poeżiji bil-Malti/Poeżiji bit-Taljan. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 92(1), 97-120
Abstract: L-argument prinċipali tiegħi f’dan l-istudju huwa li l-leħen narrattiv eterodijeġetiku, li fit-terminoloġija fundamentali ta’ Gérard Genette huwa ta’ xi ħadd li mhuwiex wieħed mill-karattri, dejjem jindaħal fir-rakkont biex jagħtina l-perspettiva tiegħu. Ma jistax ikun mod ieħor. Biex niddiskuti dan l-aspett fundamentali tan-narratoloġija fir-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici se nħares lejn ir-rumanz ikoniku Germinal (1885) ta’ Émile Zola, u l-ewwel rumanz Verista Taljan, Giacinta (1879) ta’ Luigi Capuana, imnebbaħ fost l-oħrajn mix-xogħol ta’ Zola u r-rumanziera Russi. Fil-kuntest tar-rumanz Realista Malti li ispira ruħu minn din il-letteratura li tosserva mill-viċin lill-bnedmin u n-natura, jidhirli li n-narratur ta’ Ħelsien huwa wieħed mill-iktar narraturi li jagħmel l-isforz li jillimita l-kummentarji li jidentifikaw minnufih is-soġġettività tiegħu u jwasslu l-pożizzjoni ideoloġika li jieħu. Idu tingħaraf sew fid-determiniżmu filosofiku u psikoloġiku tiegħu. Iżda l-personaġġi u l-ġrajjiet mhux dejjem jobdu l-formuli stabbiliti mir-Romantiċiżmu u r-Realiżmu Malti u l-lingwaġġ tar-rumanz huwa rikk biżżejjed biex jirreżisti l-kontroll assolut ta’ vuċi waħda.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109696
ISBN: 9789993278139
Appears in Collections:Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1
Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ħelsien_u_n_narratur_li_dejjem_jindaħal.pdf360.95 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.