Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109724
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2023-05-22T10:13:37Z-
dc.date.available2023-05-22T10:13:37Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.citationFormosa, C. (2016). Kif jitgħallem kelb. Il-Pulizija, 23(3), 25-26.en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109724-
dc.description.abstractDan l-artiklu jitkellem fuq it-taħriġ u l-imġieba tal-klieb. Meta niġu biex nitkellmu dwar kif jitgħallem kelb, tajjeb li nagħmlu distinzjoni bejn żewġ fatturi importanti. Dawn huma: Innate behaviour – Imġieba intrinsika u Learned behaviour – Imġieba mgħallma. L-imġieba intrinsika hi dik l-imġiba fejn ma tiġix mgħallma matul il-ħajja tal-kelb iżda tiġi imposta permezz tal-ġenetika u l-karatteristiċi tal-istess kelb jew razza. Min-naħa l-oħra l-imġiba mgħallma hija aktar vaga minħabba l-fatt li hemm diversi modi ta’ kif din l-imġiba tista’ tiġi adottata. Uħud mill-iktar metodi komuni fejn permezz tagħhom iseħħ dan it-tagħlim huma: Trial and error, Observation / Social learning, u Associative learning. L-ewwel metodu li semmejt hu dak li jgħidulu by trial and error fejn il-kelb jitgħallem permezz tal-fallimenti tiegħu stess. Dan il-metodu jissejjaħ ukoll il-metodu tal-prova fejn il-kelb jibqa’ jipprova jittanta xortih sakemm jilħaq l-għan tiegħu. It-tieni metodu li semmejna hu effettiv ħafna speċjalment fejn jidħlu klieb żgħar fl-età. Dan għaliex it-tagħlim jiġi trasmess permezz tal-viżwal fejn il-kelb jitgħallem jagħmel xi ħaġa wara li jkun osserva kelb ieħor jagħmel hekk. It-tielet u l-aħħar metodu li semmejna hu l-aktar metodu komuni u importanti fejn jidħol it-tagħlim. Apparti l-fatt li dan il-metodu jintuża ħafna fit-tagħlim tal-klieb, tajjeb li ngħidu li dan il-metodu jintuża kontinwament minn kulħadd għas-sempliċi raġuni li hu bbażat fuq konsegwenzi. Bażikament associative learning jinqasam fi tnejn: classical conditioning u operant conditioning. Il-classical conditioning ġie l-ewwel studjat minn Ivan Petrovich Pavlov, 1849 - 1936 li skopra li jekk oġġett li minnu nnifsu joħloq reazzjoni tippreżentah dejjem ma’ oġġett ieħor newtrali għal diversi drabi, fl-aħħar mill-aħħar dan l-istess oġġett se jqanqal l-istess reazzjoni meta jiġi ppreżentat waħdu. Għall-kuntrarju, l-operant conditioning jinvolvi kull għemil volontarju mistenni mill-kelb. Dan ġie studjat minn B. F. Skinner 1904 - 1990 li hu magħruf bħala l-missier tal-operant conditioning. Fuq dan il-kunċett, Skinner identifika tliet punti importanti ħafna li huma : neutral stimuli, reinforcers, u punishers. Meta nsemmu neutral stimuli nkunu qed nirreferu għal dak kollu li meta jiġi ppreżentat l-ewwel darba ma jqanqal l-ebda reazzjoni. Min-naħa l-oħra, reinforcers huma dawk l-affarijiet li meta jiġu ppreżentati dawn iżidu l-prestazzjoni tal-kelb. Tajjeb li ngħidu li kemm ir-reinforcers u kemm il-punishers jinqasmu fi tnejn, li jissejħu : positive u negative reinforcers, jew positive u negative punishment.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherMalta Police Forceen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectDogs -- Trainingen_GB
dc.subjectDogs -- Behaviouren_GB
dc.subjectMalta Police Force. K9 Sectionen_GB
dc.titleKif jitgħallem kelben_GB
dc.typecontributionToPeriodicalen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewednon peer-revieweden_GB
dc.publication.titleIl-Pulizijaen_GB
dc.contributor.creatorFormosa, Christopher-
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCAgrAC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Formosa, Christopher_Kif jitgħallem kelb_Il-Pulizija vol. 23 n.3 September 2016.pdf72.82 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.