Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109724
Title: | Kif jitgħallem kelb |
Authors: | Formosa, Christopher |
Keywords: | Dogs -- Training Dogs -- Behaviour Malta Police Force. K9 Section |
Issue Date: | 2016 |
Publisher: | Malta Police Force |
Citation: | Formosa, C. (2016). Kif jitgħallem kelb. Il-Pulizija, 23(3), 25-26. |
Abstract: | Dan l-artiklu jitkellem fuq it-taħriġ u l-imġieba tal-klieb. Meta niġu biex nitkellmu dwar kif jitgħallem kelb, tajjeb li nagħmlu distinzjoni bejn żewġ fatturi importanti. Dawn huma: Innate behaviour – Imġieba intrinsika u Learned behaviour – Imġieba mgħallma. L-imġieba intrinsika hi dik l-imġiba fejn ma tiġix mgħallma matul il-ħajja tal-kelb iżda tiġi imposta permezz tal-ġenetika u l-karatteristiċi tal-istess kelb jew razza. Min-naħa l-oħra l-imġiba mgħallma hija aktar vaga minħabba l-fatt li hemm diversi modi ta’ kif din l-imġiba tista’ tiġi adottata. Uħud mill-iktar metodi komuni fejn permezz tagħhom iseħħ dan it-tagħlim huma: Trial and error, Observation / Social learning, u Associative learning. L-ewwel metodu li semmejt hu dak li jgħidulu by trial and error fejn il-kelb jitgħallem permezz tal-fallimenti tiegħu stess. Dan il-metodu jissejjaħ ukoll il-metodu tal-prova fejn il-kelb jibqa’ jipprova jittanta xortih sakemm jilħaq l-għan tiegħu. It-tieni metodu li semmejna hu effettiv ħafna speċjalment fejn jidħlu klieb żgħar fl-età. Dan għaliex it-tagħlim jiġi trasmess permezz tal-viżwal fejn il-kelb jitgħallem jagħmel xi ħaġa wara li jkun osserva kelb ieħor jagħmel hekk. It-tielet u l-aħħar metodu li semmejna hu l-aktar metodu komuni u importanti fejn jidħol it-tagħlim. Apparti l-fatt li dan il-metodu jintuża ħafna fit-tagħlim tal-klieb, tajjeb li ngħidu li dan il-metodu jintuża kontinwament minn kulħadd għas-sempliċi raġuni li hu bbażat fuq konsegwenzi. Bażikament associative learning jinqasam fi tnejn: classical conditioning u operant conditioning. Il-classical conditioning ġie l-ewwel studjat minn Ivan Petrovich Pavlov, 1849 - 1936 li skopra li jekk oġġett li minnu nnifsu joħloq reazzjoni tippreżentah dejjem ma’ oġġett ieħor newtrali għal diversi drabi, fl-aħħar mill-aħħar dan l-istess oġġett se jqanqal l-istess reazzjoni meta jiġi ppreżentat waħdu. Għall-kuntrarju, l-operant conditioning jinvolvi kull għemil volontarju mistenni mill-kelb. Dan ġie studjat minn B. F. Skinner 1904 - 1990 li hu magħruf bħala l-missier tal-operant conditioning. Fuq dan il-kunċett, Skinner identifika tliet punti importanti ħafna li huma : neutral stimuli, reinforcers, u punishers. Meta nsemmu neutral stimuli nkunu qed nirreferu għal dak kollu li meta jiġi ppreżentat l-ewwel darba ma jqanqal l-ebda reazzjoni. Min-naħa l-oħra, reinforcers huma dawk l-affarijiet li meta jiġu ppreżentati dawn iżidu l-prestazzjoni tal-kelb. Tajjeb li ngħidu li kemm ir-reinforcers u kemm il-punishers jinqasmu fi tnejn, li jissejħu : positive u negative reinforcers, jew positive u negative punishment. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109724 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCAgrAC |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Formosa, Christopher_Kif jitgħallem kelb_Il-Pulizija vol. 23 n.3 September 2016.pdf | 72.82 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.