Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109866
Title: Santa Tereża ta' Ġesu : il-kontemplazzjonij fit-tieni nofs tal-Kastell lnterjuri
Authors: Attard, Glen
Keywords: Teresa, of Avila, Saint, 1515-1582
Discalced Carmelites -- History
Spiritual life -- Catholic Church
Issue Date: 2018
Publisher: Carmelite Fathers
Citation: Attard, G. (2018). Santa Tereża ta' Ġesu : il-kontemplazzjonij fit-tieni nofs tal-Kastell lnterjuri. Il-Karmellu, 83(1), 20-21
Abstract: Ir-ruħ li tasal fir-raba' għamajjar tintebaħ bilpreżenza u s-sinjali "sottili" (4Għ 1:2, 2:6) ta' Alla. Iż-żmien li r-ruħ tqatta ' f 'dawn ir-raba' għamajjar huwa kkaratterizzat minn żmien ta' paċi interjuri li jħejji lir-ruħ għall-prova l-kbira li hemm tistennieha fl-għamajjar li jmiss. Iżda għalissa r-ruħ tħossha fil-paċi. Il-qaddisa tispjega li f'dalpunt l-ax xeżi tiltaqa' mal-mistika, " in-naturali jiltaqa' mas-sopranaturali" (4Għ 3:13). Fi kliem ieħor, ir-ruħ li tant ħadmet biex timxi 'il quddiem fil-kastell interjuri u tasal sar-raba' għamajjar, issa tibda tirċievi - mingħajr ebda sforz tagħha - sinjali żgħar li bihom Alla jżu r ir-ruħ iktar dirett. Il-qaddisa titkellem minn ċerta "kuntentizza" li tibda tħoss ir-ruħ , naturali wara "l-ħidma tajba li tkun wettqet." Dan it-tip ta' ferħ il-qaddisa ssejjaħlu "il-ħlewwa tat-talb" ( 4Għ l : 4 ). Iżda dan il-ferħ huwa uman u allura limitat. Bi grazzja ta ' Alla, ir-ruħ tibda tħoss ukoll " konsolazzjoni," jiġifieri, "ferħ li ġej minn Alla," li "mhux neċe ssarjament iferfer il-qalb," u li " pjuttost tħoss diqa ta' qalb għall-passjoni u l-mewt li kellu jbati Sidna Ġesu ."
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109866
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_kontemplazzjonij_fit_tieni_nofs_tal_Kastell_interjuri.pdf992.41 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.