Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109914
Title: Ġwanni ta' San Sansun : ittri lil P. Duminku ta' San Albert
Authors: Attard, Glen
Keywords: John of Saint Samson, 1571-1636
Spiritual life -- Catholic Church
Love -- Religious aspects -- Catholic Church
Issue Date: 2020
Publisher: Carmelite Fathers
Citation: Attard, G. (2020). Ġwanni ta' San Sansun : Ittri lil P. Duminku ta' San Albert. Il-Karmellu, 85(3), 10-11
Abstract: In-natura ta' ittra hija ferm differenti minn dik ta' trattat jew diskors. Dan għaliex l-ittra hija ferm aktar personali, diretta, u ġeneralment tmur mill-ewwel għall-qalba tas-suġġett mingħajr ħafna tidwir hekk li hija intenzjonata biex tkellem direttament lil xi individwu jew grupp partikulari. Il-fatt li ittra qatt ma tinkiteb għal udjenza kbira, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, imma għal individwu partikulari, ifisser li mhija qatt intenzjonata li tkun stampata, imqassma, jew moqrija minn ħafna . Dan jagħmel li tinħoloq ċerta intimità bejn min jiktibha u min jaqraha, filwaqt li t-ton jinbidel u jadatta ruħu minn persuna għal oħra. L-ittri ta' fra Ġwann ta' San Sansun huma personali daqskemm huma varjati u profondi. Naraw fihom, b'mod aktar immedjat milli fit-trattati għaliex mhux ċensurati minn P. Donatien ta' San Nicolas, il-personalità tassew umana ta' fra Ġwann kif ukoll l-essenza tad-duttrina mistika tiegħu. Il-varjetà fid-destinatarji li rċevew l-ittri ta' fra Ġwann jixhdu mhux biss għall-espansjoni soċjali ta' dan il-fra umli - minn ħutu reliġjużi Karmelitani, għal-lajċi penitenti li kienu jfittxu mingħandu kelma ta' faraġ, għal isqfijiet u saċerdoti, fosthom l-eżorċista u r-reliġjużi Ursolini fil-każ famuż ta' Loudun, għal nies prominenti oħrajn fis-soċjetà Franċiża, għar-Reġina ta' Franza nnifisha, Maria de Medicis - imma aktar minn hekk jikxfulna x'effett qawwi kellha l-ħajja spiritwali tiegħu fuq dawk kollha li semgħu bih u fittxew li jkellmuh, almenu bl-ittri. Għalkemm mill-kollezzjoni tal-ittri ta' fra Ġwann waslu f'idejna 99 biss, li reċentement ġew ippublikati għall-ewwel darba fil-lingwa oriġinali , dawn jagħtu ħjiel tajjeb ta' din l-espansjoni soċjali u spiritwali tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109914
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ittri_lil_P_Duminku_ta_San_Albert.pdf286.5 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.