Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1099
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2015-02-03T08:23:23Z | - |
dc.date.available | 2015-02-03T08:23:23Z | - |
dc.date.issued | 2014 | - |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1099 | - |
dc.description | B.A.(HONS)MALTESE | en_GB |
dc.description.abstract | Dax-xogħol se jiffoka fuq tliet suġġetti ewlenin preżenti fid-diskussjonijiet estetiċi Maltin, jiġifieri l-identifikazzjoni tal-letteratura, ir-relazzjoni bejn il-letteratura u s-soċjetà u s-suġġett tal-Veru, rispettivament. Din l-għażla saret wara konsultazzjoni mat-tutriċi u wara li ġie deċiż fuq parir tagħha li kien hemm biżżejjed materjal għal kull taqsima biex isir approfondiment fuqu f’dan il-livell ta’ teżi fl-ewwel grad. L-għażla ta’ dawn is-suġġetti saret ukoll skont l-argumentazzjonijiet li aktarx setgħu jixirfu l-aktar fil-maġġoranza tal-kitbiet estetiċi ewlenin, kitbiet li jinsabu miġburin f’ L-Estetika Maltija: antoloġija kritika tal-istess tutriċi. L-għażla tat-taqsimiet fi ħdan kull kapitlu tħalliet f’idejn l-awtur li mbagħad ġiet diskussa mat-tutriċi, u b’hekk tfassal il-qafas ġenerali ta’ dan ix-xogħol. L-ewwel kapitlu nqasam f’żewġ oqsma ewlenin li huma l-ġudizzju estetiku u r-relazzjoni bejn il-kontenut u l-forma. L-ewwel taqsima, li tikkonċerna mill-qrib in-natura ontoloġika tal-letteratura, trattat is-suġġetti tas-Sabiħ, l-espressjoni tal-emozzjonijiet u finalment l-element għarriefi fil-letteratura. It-tieni taqsima ħarset lejn xogħol artistiku maqsum teorikament fi tnejn u kif dawn iż-żewġ komponenti jinteraġixxu flimkien biex isiru wieħed. Wara dan l-ewwel pass li stabbilixxa x’inhuma l-karatteristiċi li l-ħsieb estetiku Malti jara bħala fundamentali fl-arti letterarja, issa kien imiss li jiġi analizzat kif dawn il-karatteristiċi mifhumin f’għaqda bħala ġisem wieħed, jirrelataw m’oqsma oħra tal-ħajja. Intgħażel l-aspett soċjali tal-letteratura u x’post jew funzjoni għandu fis-soċjetà, dejjem biswit oqsma oħra f’interazzjoni dinamika, li f’waqtiet twassal għal sitwazzjoni armonjuża bejn iż-żewġ oqsma daqskemm ukoll f’kunflitt. Id-diskussjoni inkludiet l-impenn soċjali tal-artist, u sussegwentament il-qrubija tal-letteratura ma’ żewġ oqsma oħra ċentrali fl-iżvolġiment soċjali, jiġifieri s-soċjoloġija u l-politika. Hi qrubija f’termini soċjali, filwaqt li f’termini artistiċi l-letteratura titbiegħed mill-mezzi tal-oħrajn. Dan jirriżulta f’tensjoni li tista’ tinħoloq u għalhekk il-problematika tal-komunikazzjoni soċjali kienet tema oħra diskussa. L-aħħar parti tal-kapitlu kienet immotivata minn polemika żgħira bejn żewġ kontributuri Maltin li l-prinċipji ewlenin li ħarġu minnha fetħu diskussjoni akbar dwar ir-realiżmu kemm bħala teknika kif ukoll bħala attitudni, dejjem fi ħdan diskors soċjali. It-tielet u l-aħħar kapitlu djieq aktar fit-tip ta’ argumentazzjonijiet għax iffoka fuq il-Veru fil-letteratura. Minkejja l-partikularità tiegħu, is-suġġett hu diskuss ferm fl-estetika Maltija u l-idea ġenerali li tingħata hi li l-letteratura tajba dejjem se żżomm il-verità bħala l-wasla artistika tagħha, u l-aktar għax tgħix f’rabta sfiqa mal-ħajja. L-ewwel taqsima indagat x’jinftiehem b’verità artistika, jiġifieri t-tlaqqigħa tal-Veru f’termini filosofiċi mal-arti bħala teknika. It-tieni taqsima marret pass qabel, biex jingħad hekk, għax tat ħarsa ħafifa lejn il-Veru bħala kunċett filosofiku qabel kollox. Minn din id-diskussjoni l-attenzjoni mxiet għal fuq l-utilità tal-Veru letterarju. L-aħħar taqsima trattat il-lat tekniku jew artistiku kif il-verità titlaħħam fil-kitba. Deher kif l-immaġinazzjoni hi l-mutur tal-arti, fost muturi oħra, u għalhekk, waqt li l-libsa tal-finzjoni tidher bħala gidba, il-letteratura bil-Veru bħala għan tħaddem il-mekkaniżmi speċifikament tagħha biex turina dak li hemm taħt il-livell tal-affarijiet li nġarrbu bis-sensi. Fi kliem ieħor l-arti tistieden il-vjaġġ mir-realtà li tidher għall-essenza spiritwali ta’ dak li hu dejjem u kullimkien. Għaldaqstant, imqegħdin wara xulxin f’din l-ordni, dawn it-tliet kapitli jixhdu kontinwazzjoni u żvilupp tal-kunċett tal-letteratura skont qisien estetiċi Maltin, u għalkemm jistgħu jinqraw individwalment skont is-suġġett partikulari, wieħed jifhem li bejniethom jidħlu f’xulxin u jsawru xogħol organiku wieħed. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Maltese literature -- History and criticism | en_GB |
dc.subject | Aesthetics -- Maltese authors | en_GB |
dc.subject | Aestheticism (Literature) | en_GB |
dc.subject | Literature -- Aesthetics | en_GB |
dc.title | Il-kunċett tal-letteratura fil-kitbiet estetiċi ta’ xi awturi Maltin | en_GB |
dc.type | bachelorThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | - |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | - |
dc.description.reviewed | N/A | - |
dc.contributor.creator | Borg, Matthew | - |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2014 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
14BAMAL010.pdf Restricted Access | 14BAMAL010 | 1.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.