Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110527
Title: Ma Gdibtlekx
Authors: Schembri Bonaci, Giuseppe
Fitaine, Andrei
Borġ, Ġoxwa
Keywords: Art, Modern -- Mannerist influences -- Exhibitions
Maltese literature -- 20th century
Maltese poetry -- 20th century
Issue Date: 1997
Publisher: Publishers Enterprises Group Ltd.
Citation: Schembri Bonaci, G., Fitaine, A., & Borġ, Ġ. (1997). Ma Gdibtlekx. Malta: PEG.
Abstract: Ix-xogħol artistiku bejn Andrei Fitaine u Ġużeppi Schembri laħaq livell x'aktarx interessanti. Andrei Fitaine, poeta Franko-Provenzal, qed ikompli jħalli ħajja t-tradizzjoni medjevali ta' l-arti trubadureska. Il-versi tiegħu, illi hu konxjament isejħilhom versi sabiex jisseparahom mill-kunċett ta' poeżija moqrija, huma versi illi jridu jitkantaw u/jew ikunu ppreżentati awralment. B'hekk kull darba illi jkunu esegwiti, kull darba jitwieldu mill-ġdid, kreazzjoni ġdida ta' darba, kreazzjoni li tmut, tista' tgħid fuq ommha. Ġużeppi Schembri, artista mid-Duwiballi, il-belt Valletta u joqgħod il-Mellieħa, affaxxinat mill-arti medjevali illu jużaha mingħajr skrupli ta' xejn fix-xogħlijiet teatrali tiegħu, jittraduċi dawn il-versi b'mod oriġinali fis-sens illi naħa jibqa' sinċier u leali kemm materjalment kif ukoll spiritwalment max-xogħlijiet ta' Andrei, u n-naħa l-oħra jieħu kemmxejn libertajiet forsi skomdi u strambi kemm fi stunar intenzjonat ta' ċerti rimi, kemm f'tempijiet imkissra ta' metrika, kemm f'qabżiet drastiċi ta' 'beats' poetiċi (almenu kollha eżistenti fix-xogħol oriġinali), kif ukoll f'użu rampanti ta' ħsejjes Maltin miġburin minnu minn djaletti Maltin, fosthom dawk tad-Duwiballi, tal-Mellieħa, u anke dak ta' Selmun. Aspett libertin ukoll ta' Schembri qiegħed fil-Maltizzazzjoni tal-versi ta' Fitaine, fis-sens illi bil-permess tiegħu u fejn ikun sabiħ, is-sens Malti jippredomina fit-traduzzjoni. B'hekk festi, tradizzjonijiet, ikel, postijiet Provenzali jsibu paralleliżmi Maltin fit-traduzzjoni ta' Schembri. Ħafna minn dan ix-xogħol huwa m.aħdum għal skopijiet teatrali . Fil-fatt il-kantanta Franċiża Elena Salazar ġa kantat ħafna minn dawn il-versi kemm bil-Franċiż kif ukoll bil-Malti. Dan ix-xogħol, għalkemm magħmul minn erba' biċċiet magħżula - "Mewt Antika", "Taħt l-Umbrella ta' Garcia Lorca", "Nerġgħu Nibdew", u "Testment" -, isawru 'epika' żgħira bbażata fuq poetika-epitalamjon, jiġifieri f'dan il-każ partikolari, fuq versi trubadureski li jiċċelebraw l-imħabba u l-mewt. Bħal kull xogħol trubaduresk, dan huwa xogħol teatrali, xogħol ta' versi x'aktarx teatrali u awrikulari, maħluqa bħala "bolero makabru ta' mħabba u finalità".
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110527
ISBN: 9990900841
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHa

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ma_gdibtlekx.pdf
  Restricted Access
1.9 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.