Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1106
Title: | Analiżi tax-xejriet figurattivi u rettoriċi tad-diskorsi ta’ Mintoff (1961) |
Authors: | Camilleri, Ann Marie |
Keywords: | Mintoff, Dom, 1916-2012 Discourse analysis Rhetoric Language and languages -- Political aspects Maltese language -- Political aspects |
Issue Date: | 2014 |
Abstract: | F’introduzzjoni għal teżi dwar it-tekniki figurattivi u rettoriċi mħaddma mill-politiku Duminku Mintoff matul id-diskorsi tiegħu fis-sena 1961, jixraq kumment qasir fuq l-isfond storiku u politiku li fih seħħew dawn id-diskorsi. B’hekk tingħaraf ir-relevanza tal-istrateġiji figurattivi u rettoriċi użati minnu għal dan il-perjodu partikolari b’avvenimenti politiċi li ddistingwewh minn perjodi oħra. Fis-snin ħamsin f’Malta kien hawn faqar kbir, nies illitterati anki minħabba l-fatt li l-iskola ma kinitx obbligatorja, u nuqqas ta’ xogħol li ġiegħel lil ħafna Maltin jemigraw. L-oqsma l-iktar fundamentali tat-tmexxija ta’ Malta (bħall-ekonomija, il-militar, u l-kostituzzjoni) kienu jiddependu fuq il-Gvern Ingliż, u dan dejjem ħares l-ewwel u qabel kollox lejn il-ħtiġijiet tiegħu. Fl-1955, il-Gvern Malti mmexxi minn Duminku Mintoff ħareġ b’żewġ alternattivi kif Malta tista’ tingħata jew drittijiet li jkunu l-istess bħal dawk tal-Ingliżi, jew awtonomija mill-Gvern Ingliż: l-Integration jew l-Indipendenza. Fl-1957, il-Gvern Malti ressaq mozzjoni li ġiet issekondata mill-oppożizzjoni mmexxija minn Ġorg Borg Olivier: li jivvutaw unanimament favur The Break with Britian Resolution (Ħelsien). Il-Gvern Ingliż ma żammx mal-pjan tiegħu li jipprovdi lil Malta ammont kbir biżżejjed ta’ flus biex tkun tista’ tqum fuq saqajha, u għaldaqstant Mintoff irreżenja. Weħidhom, dawn l-avvenimenti u ċ-ċirkustanzi kienu biżżejjed biex jistimulaw diskors imqanqal, aktar u aktar jekk il-kelliem kellu ħila figurattiva u rettorika li biha seta’ jintensifika, jironizza, jesaġera, jimmetaforizza, u jaffettwa b’modi oħra r-realtà politika ta’ żmienu. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1106 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2014 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
14BAMAL011.pdf Restricted Access | 14BAMAL011 | 1.45 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.