Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113537
Title: | Dizzjunarju speċjalizzat : ekonomija |
Authors: | Briguglio, Lino Spagnol, Michael Pace, Thomas Ellul, Dwayne |
Keywords: | Economics -- Dictionaries Encyclopedias and dictionaries Reference books |
Issue Date: | 2023 |
Publisher: | L-Università ta’ Malta. Id-Dipartiment tal-Malti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti |
Citation: | Briguglio, L., Spagnol, M., Pace T., & Ellul, D. (Eds). (2023). Dizzjunarju speċjalizzat : Ekonomija. Malta: L-Università ta’ Malta. Id-Dipartiment tal-Malti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. |
Abstract: | Kienet ilha x-xewqa tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u tad-Dipartiment tal-Malti, fil-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta li – id f’id mal-esperti tal-qasam – jiżviluppaw it-terminoloġija ta’ suġġetti varji, fosthom dawk li m’aħniex imdorrijin naħsbu, nitħaddtu u niktbu dwarhom bil-Malti. Dawn id-dizzjunarji għandhom l-għan li jiġbru b’mod sistematiku t-termini ta’ oqsma tradizzjonali u moderni, u jagħmluhom aċċessibbli, u li jservu ta’ riżorsa għal min ikun jixtieq iħaddem il-vokabolarju bil-Malti f’dawn l-oqsma. B’hekk, ilsienna jkompli jinfirex f’setturi oħra, anki akkademiċi, u tinħass aktar l-utilità tiegħu. Flimkien mal-Prof. Lino Briguglio bnejna dan id-dizzjunarju li jiġbor il-vokabolarju ċentrali tal-ekonomija, settur li kulma jmur qed nisimgħu iżjed dwaru globalment fl-isferi politiċi u soċjali. Dan ix-xogħol jista’ jservi ta’ referenza għall-professjonisti u l-istudenti tal-ekonomija, il-ġurnalisti, it-tradutturi, l-interpreti, u kull min hu interessat fis-suġġett. It-termini, uħud sempliċi bħal taxxa u oħrajn kumplessi bħal taxxa fuq il-valur miżjud, jingħataw bil-Malti u bl-Ingliż fl-ewwel taqsima, u bl-Ingliż u bil-Malti fit-tieni taqsima. Għal kull terminu tingħata definizzjoni qasira bil-Malti fl-ewwel taqsima. F’dan id-dizzjunarju nsibu kemm kliem u espressjonijiet li jintużaw fit-taħdit komuni, bħal investiment, għoli tal-ħajja u kera, kif ukoll termini speċjalizzati, bħal makroekonomija, prezz predatorju u munita konvertibbli. Bħal f’reġistri oħrajn, fl-ekonomija jintużaw termini li jkollhom tifsira speċifika, u li f’kuntest ġenerali jkunu jfissru ħaġa oħra: kliem bħal borża, sehem u suq jiksbu sens differenti fil-lingwaġġ ekonomiku. Terġa’, xi termini ġieli jintużaw b’modi differenti fil-fergħat varji tal-ekonomija stess. Ngħidu aħna, meta jintuża b’rabta mal-finanzi tal-gvern, defiċit ifisser id-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ tal-finanzi, filwaqt li meta jintuża fil-kuntest tal-ekonomija internazzjonali b’rabta mal-bilanċ tal-pagamenti, l-istess terminu jirreferi għad-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Dan id-dizzjunarju, dettalji bħal dawn jindikahom fejn ikun meħtieġ. F’din il-ġabra nsibu wkoll termini, bħal monetariżmu, telexogħol u iperinflazzjoni, li jirriflettu żviluppi riċenti f’din id-dixxiplina. Nixtiequ nroddu ħajr lil numru ta’ kollegi li għenuna f’xi fażi jew oħra tal-proġett: il-Prof. Manwel Mifsud, Dr Olvin Vella, is-Sur Karl Scicluna u s-Sur Lawrence Deguara għall-pariri lingwistiċi, u lil Dr Marie Briguglio, Dr John Consiglio u Dr Daniel Gravino għas-suġġerimenti siewja tagħhom fuq xi termini u definizzjonijiet. Din il-pubblikazzjoni saret bl-appoġġ finanzjarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u tad-Dipartiment tal-Malti, b’mod partikolari permezz tal-proġetti MALRP04 Ġabra Terminoloġika u MALRP08 Dizzjunarji tal-Malti, iffinanzjati mir-Research Seed Fund tal-Università ta’ Malta. It-termini qegħdin ukoll fil-portal tar-riċerka tad-Dipartiment tal-Malti www.malti.mt. [Kelmtejn qabel mill-edituri Michael Spagnol, Thomas Pace, Dwayne Ellul] |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113537 |
ISBN: | 9789918004676 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Dizzjunarju_speċjalizzat.pdf | 6.22 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.