Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/116664
Title: Duminku ta’ S. Albert (1596-1634) : il-kontemplazzjoni bħala attenzjoni għal Alla
Authors: Attard, Glen
Keywords: Eschard, Vincent, 1596-1634
Carmelites -- France -- Biography
Spiritual life -- Catholic Church
Carmelites -- Spiritual life
John of Saint Samson, 1571-1636
Issue Date: 2023
Publisher: Carmelite Fathers
Citation: Attard, G. (2023). Duminku ta’ S. Albert (1596-1634) : il-kontemplazzjoni bħala attenzjoni għal Alla. Il-Karmelu, 88(3), 6-7.
Abstract: Vincent Eschard twieled ġewwa r-raħal ċkejken ta' Fougeres, fir-reġjun tal-Bretanja ġewwa Franza, nhar Ħadd il-Għid 14 t'April 1596, minn Guillame Eschard u Agathe Le Maignan. Vincent kellu ħamest aħwa, tlieta li mietu ta' età żgħira, oħtu li kienet marradija, filwaqt li oħtu l-oħra ddedikat ħajjitha għall-kura tal-fqar u l-moribondi. Trabba f'familja Nisranija devota. Il-ġenituri tiegħu rawmuh fiddevozzjoni tat-talb, fl-għoti tal-karità, fis-sawm, u fil-prattika tal-virtujiet. Il-bijografi jiddeskrivulna lil Vincent bħala tifel ferrieħi u kollu enerġija . Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwa l-Kulleġġ ta' San Tumas f'Rennes li kien immexxi mill-Ġiżwiti. Vincent kien ta' spiss jiffrekwenta l-kunvent tal-Karmelitani ġewwa Rennes, speċjalment waqt it-talb u l-purċissjonijiet għall-kor, u fil-fatt minn età żgħira kien juri x-xewqa li j issieħeb mal-Karmelitani, iżda kellu jistenna diversi snin sakemm jagħlaq il-ħmistax-il sena biex dan iseħħ. Sadanittant, huwa kompla jieħu l-edukazzjoni tiegħu mal-Ġiżwiti.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/116664
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Duminku ta S Albert 1596 1634 il kontemplazzjoni bhala attenzjoni ghal Alla 2023.pdf724.52 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.