Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118557
Title: Mill-Arkivji : Programme 8 : Noel Buttigieg
Authors: D'Anastas, Noel
Buttigieg, Noel
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Buttigieg, Noel, 1970-
Gastronomy -- Malta -- History
Food -- Malta -- History
Maltese -- Food -- History
Cultural property -- Malta
Cultural property -- Protection -- Malta
Issue Date: 2022-11-27
Citation: D'Anastas, N. & Buttigieg. (2022, November 27). Mill-Arkivji : Programme 8 : Noel Buttigieg [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tas-27 ta’ Novembru 2022 se niltaqgħu fil-qrib mar-riċerka li għamel Dr Noel Buttigieg. Dr Noel Buttigieg huwa lettur anzjan u riċerkatur akkademiku fl-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura fl-Università ta’ Malta. Jispeċjalizza fil-wirt kulturali b’interess partikolari fil-kultura tal-ikel. Il-proġetti attwali tiegħu jinkludu riċerka dwar l-ikel u l-pellegrinaġġ, it-turiżmu tal-ikel u l-wirt kulinari. Bla dubju, Dr Buttigieg jibqa’ marbut mal-proġett kontinwu tiegħu dwar l-istorja tal-ħobż u l-kultura. Ta kontribut kbir biex il-ftira tkun inkluża fil-Lista tal-UNESCO għall-Wirt Kulturali Intanġibbli. Huwa d-direttur ta’ Taste History Limited, fergħa fi ħdan l-aġenzija nazzjonali Heritage Malta. Ir-riċerka li għamel Dr Buttigieg bdiet f’nofs is-snin disgħin meta hu kien għadu student l-Universita ta’ Malta propju f’riċerka minn dokumentazzjoni tal-Inkwiżizzjoni. Fil-fatt, hu kien ra bosta proċessi kriminali ta’ nofs is-seklu 17 taż-żmien l-Inkwiżitur Federico Borromeo. Issemmi xi każijiet interessanti li sab fl-Arkivju tal-Katidral fejn hemm miġbur l-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni, Maż-żmien, l-interess akkademiku ta’ Noel kien iffukat fuq il-kultura tal-ikel, b’mod partikolari l-ħobż. Semma d-dokumentazzjoni li ra mill-kotba tal-Ħabs tas-seklu 18 u każijiet tal-qorti tal-Magna Curia Castellania fl-Arkivju Nazzjonali, riċerka li waslitu għad-dottorat. F’din l-intervista, Dr Buttigieg jagħmel referenza għal dak li kiteb ukoll De Soldanis fis-seklu 18, fuq kif naqset il-produzzjoni tan-naħal minħabba l-bini li kien żdied sew. Semma s-seba’ djalogi li fihom toħroġ id-differenza bejn belt u raħal b’referenza wkoll għall-ikel li dejjem kien qed jissemma, inkluż ir-ritmi kulunari mfassla mill-Knisja. Bla dubju jissemma wkoll Braudel fit-trinità tal-ikel Mediterranju, il-ħobż, iż-żejt u l-inbid. Għala l-Maltin iħobbu l-kafe u l-ħobż? Kemm kien ħawn ħwienet tal-kafe fil-Belt u l-inħawi tal-port? X'kienu qed jieklu l-kavallieri u l-Maltin ta’ dak iż-żmien? Kif varja t-tradizzjoni tal-ikel minn żmien l-Ordni ta’ San Ġwann għal dik Imperjalista taż-żmien l-Ingliżi, u llum? Dr Buttigieg jagħti deskrizzjoni dwar il-ħobż fil-black-market fl-għeqel tal-Gwerra fl-1942 minn studju li ppubblika riċenti, ma’ ħafna pubblikazzjonijiet li ħadem fuqhom fuq l-istorja tal-ħobż u l-wirt kulinari.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118557
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 08 Noel Buttigieg edited 27 NOVEMBER 2022.mp399.6 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.