Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118705
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-02-15T10:32:44Z-
dc.date.available2024-02-15T10:32:44Z-
dc.date.issued2022-12-04-
dc.identifier.citationD'Anastas, N. & Scicluna, B. (2022, December 04). Mill-Arkivji : Programme 9 : Bernadine Scicluna [Radio broadcast]. NET FMen_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118705-
dc.descriptionProduzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FMen_GB
dc.description.abstractFil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-4 ta’ Diċembru 2022, il-mistiedna fil-programm se tkun il-kuratriċi Bernadine Scicluna li se tkellimna fuq ir-riċerka li kienet għamlet bosta snin ilu għall-maġisteru tagħha fl-istorja tal-arti fl-Università ta’ Malta. Bernadine se ġġib il-ħafna memorji ta’ meta rriċerkat aktar fil-fond fuq il-ħajja u l-arti tal-artisti Maltin, Stefano u ibnu Alessio Erardi. Ir-riċerka fuq dawn iż-żewġ artisti għamlithom minn diversi arkivji fosthom l-Arkivju tal-Kattidral u tal-Kurja Arċiveskovili fejn hemm rat kwantità ta’ visti pastorali tal-Isqfijiet li kienu qed iżuru diversi parroċċi fis-seklu 17 u 18. Tiftakar qisu lbieraħ meta b’kumbinazzjoni nstab l-istato libero ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ artisti. Xogħlijiet ta’ Erardi jinsabu f’diveri knejjes madwar Malta fosthom fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann, fil-Kattidral fl-Imdina, fil-Matriċi f’Għawdex u fil-Birgu, Bormla, Birkirkara, Rabat u knejjes oħra. Kif kompliet din ir-riċerka? Riċentament, Bernadine Scicluna marret ‘l hemm mir-riċerka fuq l-arti u llum qed taffaxina ruħha fuq riċerka ġdida, propja fuq nannuha s-Sur Memé, ismu Carmelo Scicluna. Is-Sur Memé huwa dak li bena l-ground tal-Gżira, l-Empire Ground li min jaf kemm iġib memorji ħelwin meta Malta lagħbet kontra Nazzjonijiet kbar fosthom l-Ingilterra, il-Ġermanja u oħrajn, meta timijiet Maltin lagħbu kontra timijiet kbar bħal Manchester United, Real Madrid, Barċelona, Celtic, Inter u oħrajn. Bernadine ħa ssemmi kif qed tagħmel ir-riċerka fuq dan il-proġett ‘intimu’ li fih qed tħoss ċerta affinita f’dak li hu tal-familja. Tgħid li l-memorablia u d-dokumenti fl-arkivju tal-familja huma sors ta’ importanza kbira, il-bosta annedoti u rakkonti li semgħat mingħand Sammy Nicholl u missierha li jiftakru sew lis-Sur Memé li l-ġimgħa l-oħra għalaq 70 sena li ħalliena. X’impatt kellhom id-dokumenti tal-Avviżi tal-Bini u l-korrispondenza tas-Segretarju Ewlieni tal-Gvernatur fl-Arkivju Nazzjonali f’din ir-riċerka interessanti fuq l-Empire Ground? Bernadine ħa ġġib il-memorja meta l-kotra qamet u għajtet, “Jien Maltija” – il-poeżija ta’ Rużar Briffa meta fl-Empire Stadium kienet qed tintlagħab logħba tas-selezzjoni Maltija kontra Hajduk Split. Bernadine Scicluna hija ‘Principal Curator’ f’MUŻA fi ħdan Heritage Malta. L-ispeċjaliżazzjonijiet tagħha hija l-arti f’Malta fis-seklu 19 u l-kartografija tal-gżejjer Maltin,kollezzjonijiet mdaqqsin li jkoppru s-sekli 16 saż-żmenijiet tal-lum. Hija l-awtriċi tal-publikazzjoni fuq ix-xogħlijiet tal-akwarell ta’ Charles Frederick de Brocktorff li jinsabu fil-Bibljoteka Nazzjonali. Hija membru fil-kumitat tal-‘Malta Map Society’.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectMill-Arkivji (Radio program)en_GB
dc.subjectDocumentary radio programs -- Malta -- 21st centuryen_GB
dc.subjectArchives -- Maltaen_GB
dc.subjectMalta -- History -- Sourcesen_GB
dc.subjectMalta -- Archival resourcesen_GB
dc.subjectScicluna, Bernadine, 1970-en_GB
dc.subjectErardi, Alessio, 1669-1727en_GB
dc.subjectErardi, Stefano, 1630-1716en_GB
dc.subjectMdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)en_GB
dc.subjectCatholic Church. Archdiocese of Malta. Diocesan Archivesen_GB
dc.subjectScicluna, Carmelo, 1887-1952en_GB
dc.subjectSoccer -- Malta -- Historyen_GB
dc.titleMill-Arkivji : Programme 9 : Bernadine Sciclunaen_GB
dc.typerecordingOralen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorD'Anastas, Noel-
dc.contributor.creatorScicluna, Bernadine-
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 09 Bernadine Scicluna edited 04 DECEMBER 2022.mp3100.42 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.