Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118705
Title: Mill-Arkivji : Programme 9 : Bernadine Scicluna
Authors: D'Anastas, Noel
Scicluna, Bernadine
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Scicluna, Bernadine, 1970-
Erardi, Alessio, 1669-1727
Erardi, Stefano, 1630-1716
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
Catholic Church. Archdiocese of Malta. Diocesan Archives
Scicluna, Carmelo, 1887-1952
Soccer -- Malta -- History
Issue Date: 2022-12-04
Citation: D'Anastas, N. & Scicluna, B. (2022, December 04). Mill-Arkivji : Programme 9 : Bernadine Scicluna [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-4 ta’ Diċembru 2022, il-mistiedna fil-programm se tkun il-kuratriċi Bernadine Scicluna li se tkellimna fuq ir-riċerka li kienet għamlet bosta snin ilu għall-maġisteru tagħha fl-istorja tal-arti fl-Università ta’ Malta. Bernadine se ġġib il-ħafna memorji ta’ meta rriċerkat aktar fil-fond fuq il-ħajja u l-arti tal-artisti Maltin, Stefano u ibnu Alessio Erardi. Ir-riċerka fuq dawn iż-żewġ artisti għamlithom minn diversi arkivji fosthom l-Arkivju tal-Kattidral u tal-Kurja Arċiveskovili fejn hemm rat kwantità ta’ visti pastorali tal-Isqfijiet li kienu qed iżuru diversi parroċċi fis-seklu 17 u 18. Tiftakar qisu lbieraħ meta b’kumbinazzjoni nstab l-istato libero ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ artisti. Xogħlijiet ta’ Erardi jinsabu f’diveri knejjes madwar Malta fosthom fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann, fil-Kattidral fl-Imdina, fil-Matriċi f’Għawdex u fil-Birgu, Bormla, Birkirkara, Rabat u knejjes oħra. Kif kompliet din ir-riċerka? Riċentament, Bernadine Scicluna marret ‘l hemm mir-riċerka fuq l-arti u llum qed taffaxina ruħha fuq riċerka ġdida, propja fuq nannuha s-Sur Memé, ismu Carmelo Scicluna. Is-Sur Memé huwa dak li bena l-ground tal-Gżira, l-Empire Ground li min jaf kemm iġib memorji ħelwin meta Malta lagħbet kontra Nazzjonijiet kbar fosthom l-Ingilterra, il-Ġermanja u oħrajn, meta timijiet Maltin lagħbu kontra timijiet kbar bħal Manchester United, Real Madrid, Barċelona, Celtic, Inter u oħrajn. Bernadine ħa ssemmi kif qed tagħmel ir-riċerka fuq dan il-proġett ‘intimu’ li fih qed tħoss ċerta affinita f’dak li hu tal-familja. Tgħid li l-memorablia u d-dokumenti fl-arkivju tal-familja huma sors ta’ importanza kbira, il-bosta annedoti u rakkonti li semgħat mingħand Sammy Nicholl u missierha li jiftakru sew lis-Sur Memé li l-ġimgħa l-oħra għalaq 70 sena li ħalliena. X’impatt kellhom id-dokumenti tal-Avviżi tal-Bini u l-korrispondenza tas-Segretarju Ewlieni tal-Gvernatur fl-Arkivju Nazzjonali f’din ir-riċerka interessanti fuq l-Empire Ground? Bernadine ħa ġġib il-memorja meta l-kotra qamet u għajtet, “Jien Maltija” – il-poeżija ta’ Rużar Briffa meta fl-Empire Stadium kienet qed tintlagħab logħba tas-selezzjoni Maltija kontra Hajduk Split. Bernadine Scicluna hija ‘Principal Curator’ f’MUŻA fi ħdan Heritage Malta. L-ispeċjaliżazzjonijiet tagħha hija l-arti f’Malta fis-seklu 19 u l-kartografija tal-gżejjer Maltin,kollezzjonijiet mdaqqsin li jkoppru s-sekli 16 saż-żmenijiet tal-lum. Hija l-awtriċi tal-publikazzjoni fuq ix-xogħlijiet tal-akwarell ta’ Charles Frederick de Brocktorff li jinsabu fil-Bibljoteka Nazzjonali. Hija membru fil-kumitat tal-‘Malta Map Society’.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118705
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 09 Bernadine Scicluna edited 04 DECEMBER 2022.mp3100.42 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.