Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118707
Title: | Mill-Arkivji : Programme 10 : Louise Fiott |
Authors: | D'Anastas, Noel Fiott, Louise |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Fiott, Louise Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798 Slavery -- Malta -- History -- 18th century Enslaved women -- Malta -- History -- 18th century Enslaved children -- Malta -- History -- 18th century Notarial Archives (Valletta, Malta) Freed persons -- Malta -- History -- 18th century |
Issue Date: | 2022-12-11 |
Citation: | D'Anastas, N. & Fiott, L. (2022, December 11). Mill-Arkivji : Programme 10 : Louise Fiott [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-11 ta’ Diċembru 2022, se niltaqgħu mal-għalliema Louise Fiott li se tgħidilna kif għamlet ir-riċerka tagħha għall-maġisteru fl-Istudji Mediterranji fl-Università ta’ Malta, riċerka ffukata fuq l-iskjavi femminili fil-Mediterran fis-seklu 18 b’mod partikolari f’Malta. Ir-riċerka tagħha ħaditha fl-Arkivju Notarili fl-Atti tan-Nutar Domenico Chircop tal-ewwel nofs tas-seklu 18 li kien jaħdem ħafna mal-Ordni, kif ukoll fil-fond tat-Tribunal tal-Armamenti li jinsab fl-Arkivju Nazzjonali (fis-sezzjoni tal-Qrati u Tribunali fl-Imdina).Barra dawn, ikkonċentrat fuq l-iStatus Animarum tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt. Louise Fiott tgħid li kien hawn ħafna skjavi nisa fil-Belt tant li f’kull tmien familji kien ikun hemm skjava mara. Jidher li kien hawn aktar skjavi nisa minn irġiel, ta’ kull eta, anke tfal żgħar. Fil-fatt, in-Nutar Vincenzo Marchese fl-eta ta’ 70 sena kellu tifla skjava ta’ sentejn. Fit-Tribunal tal-Armamenti hemm dokumentat listi ta’ skjavi. Kif kien ivarja l-prezz tagħhom bejn skjavi żgħar u sbieħ għal dawk xjuħ u skaduti? Kif kienet tkun il-ħidma tagħhom matul il-jum? Minn fejn kienu jinqabdu jew jinxtraw? Fl-atti tan-nutara ssib dokumentazzjoni ta’ xiri ta’ skjavi “daqs propjetà oħra”. Għala kienu jinħelsu u oħrajn le? Min kienet il-‘libertina’ Rosa di Antonelli? Fiott tgħid li l-kelma ‘libertina’ mil-latin tfisser skjava meħlusa. Fl-inventarju twil fit-testment li ħalliet Rosa di Antonelli fl-atti tan-Nutar Gaspare Chircop joħroġ ċar kemm din kienet sinjura. Jidher li Rosa di Antonelli fl-aħħar ta’ ħajjitha kienet spiċċat biżokka mal-Ordni tad-Dumnikani. Kien hemm skjavi nisa fl-irħula? Fl-Imqabba kien hemm waħda li oriġinarjament kienet toqgħod il-Belt li wara żżewwġet lil ċertu Francesco Calafato mill-Imqabba. Rosa Diana minn Ħaż-Żabbar kienet tgħarset lil Michele, skjav ukoll. Lucrezia Dragunelli, sid Rosa Diana kienet tat dota b’tant valur, saħansitra għamlitilha assigurazzjoni. Kif kienet l-istorja tal-iskjava fil-familja Barbaro? Kif jidhru l-iskjavi nisa fil-pittura tal-artist Antoine de Favray? |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118707 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 10 Louise Fiott edited 11 DECEMBER 2022.mp3 | 102.04 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.