Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118858
Title: Deċiżjonijiet 1 : tal-kunsill nazzjonali tal-ilsien malti dwar il-varjanti ortografiċi
Authors: Borg, Albert
Mifsud, Manwel
Farrugia, George
Vella, Olvin
Keywords: Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Foreign elements
Maltese language -- Foreign elements -- English
Maltese language -- Grammar
Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Issue Date: 2008
Publisher: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Citation: Borg, A., Mifsud, M., & Vella, O. (2008). Deċiżjonijiet 1 : tal-kunsill nazzjonali tal-ilsien malti dwar il-varjanti ortografiċi. Malta: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Abstract: Minn mindu twaqqaf madwar tliet snin ilu, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti impenja ruħu li jħabrek biex isaħħaħ il-kitba tal-Malti u fiha jintlaħqu l-istandards mixtieqa. Għen lid-Dipartiment tal-Malti fl-Università biex jiġi organizzat b’suċċess kors għall-Qari tal-Provi, li minnu ħierġa klassi ġdida ta’ nies minn kull qasam tal-ħajja li tkissru fil-kitba Maltija u huma kkwalifikati fiha. Ħaseb ukoll biex jibda jistieden diskussjoni pubblika fuq l-aktar punti li qegħdin itellfu lil min jikteb bil-Malti u jfixklu l-iżvilupp armonjuż tiegħu. Skont il-pjan tal-Kunsill, dan għandu jsir permezz ta’ konsultazzjoni wiesgħa fuq kull problema, li mbagħad issib il-qofol tagħha f’seminars nazzjonali, li minnhom sa issa saru tnejn. Wara dan, imbagħad, tasal il-fażi tad-deċiżjoni li titħalla f’idejn l-aktar nies ikkwalifikati. Id-dokument li għandek f’idejk huwa l-ewwel frott ta’ dan il-proċess demokratiku u fih issib id-deċiżjonijiet uffiċjali dwar il-varjanti fl-ortografija. Il-varjanti ortografiċi jirriżultaw kull meta kelma li kulħadd jippronunzjaha l-istess ikollha aktar minn mod wieħed kif tiktibha. Dawn il-verżjonijiet differenti fil-kitba, li sa issa kienu kollha b’xi mod aċċettabbli, huma ta’ tfixkil mhux żgħir għal min jikteb ħafna bil-Malti, l-aktar għax il-biċċa l-kbira tal-kitba ssir bil-mezzi elettroniċi li jeżiġu minna konsistenza iktar rigoruża b’risq il-kumdità tar-riċerka. Dan ix-xogħol, fil-fatt, huwa t-tweġiba tal-Kunsill għat-talba ta’ bosta tradutturi, għalliema u ġurnalisti li xtaqu soluzzjoni għat-tfixkil tal-varjanti ortografiċi.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118858
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Deċijonijiet_1.pdf
  Restricted Access
259.84 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.