Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119274
Title: | Is-sessiżmu fil-lingwa Maltija |
Authors: | Farrugia, George |
Keywords: | Sexism in language Maltese language -- Gender Maltese language -- Sex differences |
Issue Date: | 2020 |
Publisher: | Klabb Kotba Maltin |
Citation: | Farrugia, G. (2020). Is-sessiżmu fil-lingwa Maltija. Malta: Klabb Kotba Maltin |
Abstract: | Waħda mill-bosta funzjonijiet tal-lingwa hija l-funzjoni soċjopsikoloġika tagħha. Il-lingwa tirrifletti u tinfluwenza l-attitudnijiet, l-imġiba u l-perċezzjonijiet tagħna iżda, fuq kollox, tirrifletti ġerarkiji u mekkaniżmi ta' kif nidentifikaw ruħna u tikkontribwixxi għall-komunikazzjoni tal-ġeneru. Minħabba raġunijiet storiċi u soċjali, fost oħrajn, bosta lingwi tqiesu li jirriflettu ujikkodifikaw viżjoni androċentrika tad-dinja. Fi kliem ieħor, tqiesu u għadhom jitqiesu sessisti. B'mod ġenerali s-sessiżmu fil-lingwajista' jitqies bħala l-użu ta' kliem u espressjonijiet li jiddiskriminaw kontra xi sess partikolari, l-aktar in-nisa, u li jinkoraġġixxu xbihat sterjotipati tal-irġiel u tan-nisa. U ladarba l-lingwa, bħala fenomenu soċjali, hija marbuta mal-attitudnijiet soċjali, is-sessiżmu fil-lingwa jista' jitqies bħala kawża ta' din l-imġiba sessista fis-soċjetà li qieset il-mara bħala s-sess id-dgħajjef meta mqabbla mar-raġel. Għal sekli sħaħ, il-mara kellha tgħix fid-dell tar-raġel, imċaħħda mill-aktar drittijiet fundamentali u tqieset bħala oġġett, bħala dik li mhix kapaċi taħseb, mhix kapaċi tieħu deċiżjoni weħidha, li hi tajba biss biex tieħu ħsieb id-dar, bla ma tista' lanqas biss toħlom li jkollha l-ambizzjonijiet tagħha biex xi darba ttejjeb l-istatus tagħha. Bil-maqlub ta' dan, ir-raġel kien jitqies bħala s-sess dominanti.superjuri għall-mara, ir-ras tal-familja u l-fus tas-soċjetà, u għalhekk kien jokkupa l-aktar pożizzjonijiet għolja. Mela, fi kliem ieħor, lingwa sessista hija dik il-lingwa li tesprimi inklinazzjonijiet u preġudizzji favur xi sess partikolari, x' aktarx ir-raġel, u tikkonsidra lis-sess l-ieħor inferjuri. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119274 |
ISBN: | 9789993277736 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Is_sessizmu_fil_lingwa_Maltija.pdf Restricted Access | 5.71 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.