Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119733
Title: L-importanza tal-aspett viżiv fid-Deċiżjonijiet 2
Authors: Farrugia, George
Keywords: Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Foreign elements
Maltese language -- Foreign elements -- English
Maltese language -- Grammar
Issue Date: 2021
Publisher: Id-Dipartiment tal-Ilsien Malti tal-Kummissjoni Ewropea
Citation: Farrugia, G. (2021). L-importanza tal-aspett viżiv fid-Deċiżjonijiet 2. L-Aċċent, 20, 15-20.
Abstract: Ħafna minna żgur niftakru l-ewwel snin tagħna l-iskola meta l-għalliema, b’paċenzja kbira, bdew jgħallmuna naqraw u niktbu. Kienet fażi fil-proċess edukattiv li forsi, ta’ tfal li konna, dak iż-żmien ma fhimniex biżżejjed l-importanza tagħha u wisq anqas bsarna x’influwenza kellha tħalli fuq il-ġejjieni tagħna. Jista’ jkun li dak iż-żmien konna ninkwetaw aktar fuq id-diffikultajiet assoċjati ma’ din il-fażi ġdida u eċċitanti f’ħajjitna, bħal kif se nżommu sew il-lapes, kif se niktbu pulit fuq il-pitazz u forsi l-akbar problema, kif se nitgħallmu niktbu l-kliem ġdid. Jista’ jkun li ħafna minna konna nsibuha xi ftit eħfef biex nitgħallmu niktbu l-kliem bil-Malti milli l-kliem bl-Ingliż minħabba, fost oħrajn, li s-sistema ortografika tal-Malti hija aktar fonemika mis-sistema Ingliża fis-sens li fil-Malti r-relazzjoni bejn is-simbolu (l-ittra tal-alfabett) u l-ħoss li jirrappreżenta hija aktar b’saħħitha. Tant li x’aktarx mhux l-ewwel darba li, b’mod mhux korrett għalkollox, l-għalliema qalulna li l-Malti ‘niktbuh kif inħossuh’. Sistemi ortografiċi fejn ir-relazzjoni bejn il-fonemi u l-grafemi li jirrappreżentawhom hija b’saħħitha ħafna bl-Ingliż jissejħu ‘shallow orthographies’ u dawn iwasslu biex l-ortografija tkun aktar konsistenti. Fost il-lingwi li għandhom din it-tip ta’ ortografija nsibu l-Ispanjol, il-Finlandiż, itTork, it-Taljan u l-Pollakk.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119733
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_importanza_tal_aspett_viżiv_fid_Deċiżjonijiet_2.pdf466.85 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.