Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120146
Title: It-testi tal-gwerra : il-memorja tat-Tieni Gwerra Dinjija miktuba u mistqarra
Authors: Bonavia, Adrian (2023)
Keywords: Mizzi, Laurence, 1931-. Dħaħen tal-gwerra -- Criticism and interpretation
Brockdorff, Lina, 1930-. Sireni u serenati -- Criticism and interpretation
Ellul Mercer, Ġużè, 1997-1961. Taħt in-nar -- Criticism and interpretation
World War, 1939-1945 -- Personal narratives, Maltese
Issue Date: 2023
Citation: Bonavia, A. (2023). It-testi tal-gwerra: il-memorja tat-Tieni Gwerra Dinjija miktuba u mistqarra (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżi se tistħarreġ tliet tipi ta’ reġistrazzjonijiet tal-memorja fi żmien itTieni Gwerra Dinjija f’Malta: tnejn minnhom huma testi miktubin (il-memoirs ‘Dħaħen tal-Gwerra’ ta’ Laurence Mizzi u ‘Sireni u Serenati’ ta’ Lina Brockdorff, u d-djarju ‘Taħt in-Nar’ ta’ Ġużè Ellul Mercer) u t-tip l-ieħor huwa l-intervisti miż-żewġ volumi Il-Maltin: ‘Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom’ ta’ Steve Borg u t-taqsima tal-gwerra mill-ktieb ‘Tifkiriet’ ta’ Gordon Caruana. Ir-riċerka fuq il-memorja tal-gwerra f’Malta għadha lura, għalhekk l-għan ta’ din it-teżi huwa sabiex jimtela dan il-vojt. It-tieni kapitlu se jorqom sewwa t-teorija letterarja tal-memoir u tad-djarju, billi jipprovdi analiżi estensiva fuq dawn il-ġeneri. Aktar minn hekk, din l-analiżi se tevalwahom ukoll minn għajn militari, sabiex l-osservazzjonijiet jinfurmaw il-kapitli l-oħra. Iż-żewġ ġeneri se jiġu analizzati u kkritikati permezz ta’ referenzi għal sorsi miktuba minn kritiċi u psikologi barranin. L-għan tat-tieni kapitlu huwa li jiġi osservat kif il-memorja tiffunzjona fiż-żewġ reġistrazzjonijiet, filwaqt li tagħraf is-similaritajiet u d-differenzi ta’ bejniethom. It-tielet kapitlu se jittratta żewġ memoirs Maltin, jiġifieri ‘Dħaħen tal-Gwerra’ ta’ Laurence Mizzi u ‘Sireni u Serenati’ ta’ Lina Brockdorff. Dan il-kapitlu hu maqsum f’ħames taqsimiet: il-qrubija bejn il-Maltin u l-Ingliżi, l-effett tal-ispostament, ilproblema tal-ġuħ, il-mard, u kif mument traġiku jista’ jinbidel f’avventura. L-għażla ta’ dawn it-taqsimiet saru minħabba li huma fost l-aktar aspetti dominanti li jirrikorru għalihom dawn it-testi. L-analiżi se tkopri l-għax u l-għaliex il-memorji tal-memoiristi jixbhu, ivarjaw jew saħansitra jikkontradixxu lil ta’ xulxin, avolja l-kitba memoiristika tat-tnejn li huma ġejja mil-lenti ta’ tfal fi żmien il-gwerra. Fir-raba’ kapitlu se jiġi investigat id-djarju ‘Taħt in-Nar’ ta’ Ġużè Ellul Mercer. Limmedjatezza fil-kitba djarjistika tiegħu se tkun strumentali għall-analiżi tarreġistrazzjoni tal-memorja, u r-raġuni ewlenija għalfejn id-djarju huwa aktar awtentiku u ddettaljat mill-memoirs. Apparti minn hekk, ladarba d-djarju huwa miktub minn adult, in-nisġa se tinkludi ħafna aktar esperjenzi vjolenti, makabri u mwiegħra li kapaċi jkexkxu lill-qarrejja aktar mill-qari tal-memoirs. Il-ħames kapitlu se jkompli jsaħħaħ l-osservazzjoni ta’ din it-teżi għaliex se tingħata ħarsa lejn kif l-anzjani rreġistraw il-memorja tal-gwerra matul l-intervisti. Lintervisti għal din ir-riċerka se jkunu meħuda mill-kotba Il-Maltin: ‘Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom’ (l-ewwel u t-tieni volum) ta’ Steve Borg, u t-taqsima dwar il-gwerra fil-ktieb ‘Tifkiriet’ ta’ Gordon Caruana. L-aspetti li se jiġu mistħarrġa huma: l-esperjenzi drammatiċi u trawmatiċi, il-problema tal-ġuħ u s-suq l-iswed, u anki l-irwol tagħhom matul dan il-perjodu. L-intervisti jikkuntrastaw fir-reġistrazzjoni tal-memorja bejn rakkont u ieħor għax għall-kuntrarju ta' test miktub huma spontanji u immedjati.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120146
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2023
Dissertations - FacArtMal - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2308ATSMAL300000011105_1.PDF
  Restricted Access
1.15 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.