Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120150
Title: | Ir-realiżmu f’’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika’ ta’ Juann Mamo |
Authors: | Zammit, Matthew (2023) |
Keywords: | Mamo, Juann, 1886-1941. Ulied in-nanna Venut fl-Amerika -- Criticism and interpretation Maltese fiction -- 20th century Realism in literature |
Issue Date: | 2023 |
Citation: | Zammit, M. (2023). Ir-realiżmu f’’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika’ ta’ Juann Mamo (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | F’din it-teżina se nistħarreġ qabelxejn ir-Realiżmu bħala moviment, iżda b’mod partikolari dak tal-kuntest Malti, għaliex laqgħatni l-fatt li fih rajt perspettiva oħra, speċjalment dik soċjali, bil-mod kif il-kittieb wassal din ir-realtà f’xogħlijietu. Dan lelement soċjali, li huwa fundamentali f’kitbiet Realisti, stajt inħoss u nifhem aktar issitwazzjonijiet mgħejxa fis-seklu għoxrin, u jaf għal din ir-raġuni nġbidt lejn rumanzi bħal dawn, fosthom Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika ta’ Juann Mamo. Fil-fatt, il-fattur primarju li jimmanifesta f’diversi rumanziera Realisti Maltin, huwa l-prijorità tal-ħaddiem li jtejjeb il-qagħda soċjali tiegħu billi jikseb l-edukazzjoni li twasslu sabiex jikseb għarfien dwar ħtiġijiet individwali, u dan għamlu kull kittieb bl-istil partikolari tiegħu, li jħaddan kemm element ta’ oġġettività, kif wkoll l-element suġġettiv. Fil-fatt, fl-ewwel kapiltu se nagħtu ħarsa ġenerali lejn il-perspettiva li kull wieħed u waħda minna jħaddan, anki jekk qed ngħixu fl-istess żmien, iżda dik hi lisbuħija tas-suġġettività li kulħadd għandu l-mod kif jara u jinterpreta l-ħajja. Barra minn hekk, se nagħtu ħarsa lejn l-prinċipji u l-għanijiet li jħaddan ir-Realiżmu. Imbagħad, fittieni kapiltu, se niddiskutu r-Realiżmu Malti, billi nanalizzaw xi xogħlijiet fosthom Leli ta’ Ħaż-Żgħir ta’ Ġużè Ellul Mercer, L-Isqaq ta’ Ġużè Chetcuti, L-Ibleh ta’ Ġużè Orlando, Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici kif ukoll Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika ta’ Juann Mamo, iżda r-rumanz tal-aħħar se nfanndu fih f’iktar dettall fit-tielet kapitlu. Fit-tieni kapitlu, se niddiskutu wkoll il-mod kif ir-Realisti ddevjaw xi drabi minn l-ideoloġija tar-Realiżmu kif ukoll se nsemmu xi osservazzjonijiet ta’ tendenzi Romantiċi f’rumanzi Realisti. Fit-tielet kapitlu, se nidħlu f’analiżi dwar l-istil ta’ Juann Mamo, kif ukoll dwar l-ideoloġija li kien iħaddan bħala personaġġ, mxebbha ma’ personaġġi prominenti oħra u kif din hija rifless f’kitbietu. |
Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120150 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2023 Dissertations - FacArtMal - 2023 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2308ATSMAL300000013988_1.PDF Restricted Access | 918.33 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.