Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120155
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-03-22T10:26:09Z-
dc.date.available2024-03-22T10:26:09Z-
dc.date.issued2023-
dc.identifier.citationAquilina, R. (2023). Il-kunflitti u l-intimitajiet fil-poeżiji ta’ Simone Galea (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120155-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractF’din it-teżina ser jiġu studjati l-kunflitti u l-intimitajiet li jikkaratterizzaw il-poeżiji ta’ Simone Galea, fil-ġabra 'Xi Drabi Mqar Persuna'. L-għan prinċipali ta’ dan l-istudju huwa li jiġu identifikati t-tekniki figurattivi, retoriċi, stilistiċi, u intertestwali li jittrażmettu s-sens ta’ armonija u ta’ diżarmonija fir-relazzjonijiet intimi. Dan għaliex il-poetessa tlaqqa’ b’mod inseparabbli l-mumenti ta’ konfront u l-mumenti ta’ qrubija f’diversi mumenti ta’ affezzjoni jew imħabba, kemm jekk mal-maħbub, mas-soċjetà, mal-barrani etniku, kif ukoll ma’ poeti oħra diġà stabbiliti. L-ebda relazzjoni ma hija qatt issimplifikata fil-poetiċità tagħha. Il-kapitli li ġejjin jindirizzaw dan il-paradoss ewlieni fil-poeżiji ta’ Galea b’referenza kontinwa għattekniki li joħolqu kemm mumenti ta’ konnessjoni intima u kuntatt teneru mal-ieħor jew maloħrajn, kif ukoll mumenti kuntrarji ta’ kunflitt, li jinbtu anki f’relazzjoni li qatt mhi miċħuda, fil-forma ta’ differenzi sentimentali, spazji vojta u nuqqas ta’ qbil fil-perspettivi varji mqar ta’ tnejn min-nies. Madanakollu, l-istess tensjonijiet jagħmlu r-relazzjonijiet u l-korrispondenzi fil-poeżiji ta’ Galea aktar intensi u ġenwini, minflok inqas veri jew awtentiċi. Għalhekk, fil-kapitli suċċessivi ser jidher in-nuqqas ta’ tendenza f’dawn ir-relazzjonijiet lejn naħa negattiva jew oħra pożittiva biss. Huma relazzjonijiet li jħaddnu natura kumplessa ta’ mħabba, ammirazzjoni, u qrubija lejn persuna jew persuni oħra, realtà ta’ affezzjonijiet li jħaddnu wkoll l-inkongruwenzi, il-firdiet intrinsiċi tal-imħabba stess. Fit-tieni kapitlu jiġu studjati fil-fond l-elementi diversi li jipprestaw ruħhom permezz tal-istil liriku partikolari li bih Galea toħloq is-sens ta’ distanza antitetika fl-intimità bejn ilmaħbubin, ibda biex, fil-problemi komunikattivi bejniethom. Fit-tieni taqsima ta’ dan il- kapitlu, id-distanza antitetika tiġi studjata permezz ta’ elementi metaforiċi li jfasslu d-distakk emottiv u konjittiv bejn koppja fiżikament qrib xulxin, spazju vojt li jbiegħed filwaqt li jwassalhom lura lejn xulxin permezz ta’ xi element rikonċiljattiv li jegħleb l-opposti kollha ta’ bejniethom. Ir-rikonċiljazzjoni ssir kwalità stilistika distintiva tal-lirika stess, kif jixhdu rreferenzi tiegħi għall-poeżiji rikonċiljattivi ta’ Denise Levertov kif analizzati minn Dana Greene, li tiddiskuti l-metodu li bih il-kitba letterarja fiha nnifisha hija sforz għall-għaqda wara t-tensjoni li tkun trabbiet bejn żewġ sensibilitajiet. Fi kliem ieħor, l-immaġinazzjoni estetika u kreattiva tal-poetessa teżisti bħala mezz kif hi tkampa mat-tensjonijiet inevitabbli tar-relazzjoni intima, sakemm issib fl-istess teknika poetika mezz ta’ rijunjoni. Fit-tielet taqsima tal-istess kapitlu jiġi ttrattat il-kliem anka bħala element organiku fil-kwalità tiegħu, fis-sens li l-kliem ġieli jakkwista l-kwalitajiet ta’ entitajiet ħajja. F’Galea, il-kelma “kliem” hija rikorrenti ħafna, u xi drabi timplika komunikazzjoni reċiproka bejn żewġ persuni intimi permezz ta’ elementi (naturali jew mhumiex) kumpensatorji għal xulxin. Dawn l-elementi mhux dejjem jissostitwixxu l-kliem bħala fattur b’saħħtu fir-relazzjoni, iżda xorta waħda jservu bħala xhieda tan-natura effimera, reċiproka, problematika, u rikonċiljattiva filkomunikazzjoni ta’ bejn koppja. Fit-tielet kapitlu jiġu analizzati poeżiji mill-ġabra ta’ Galea li jittrattaw relazzjoni maloħrajn, kemm dawk li huma l-aktar qrib tagħha, Maltin bħalha u fl-istess ċirku soċjali, kif ukoll l-oħrajn barranin ta’ etniċità differenti. F’dan il-kapitlu t-teorija Heideggerjana hija laktar prominenti fost il-qari supplimentari, għaliex tiddeskrivi l-kliem tal-oħrajn bħala kliem frivolu u mimli platitudnijiet dwar, fil-każ tal-poetessa Galea, il-mara tipika Maltija. Fit-tieni taqsima jiġu analizzati poeżiji partikolarment b’rabta mal-irwol tal-mara moderna f’soċjetà b’konvinzjonijiet maħkuma mid-drawwiet u l-preġudizzji konvenzjonali. Huwa għalhekk li l- persona ta’ Galea sseffaq wiċċha ma’ relazzjonijiet ippreġudikati mal-oħrajn ta’ madwarha, li jagħmlu parti indispensabbli mis-soċjetà tagħha imma li, fl-istess waqt, jixhdu t-tensjonijiet inevitabbli bejn l-avvanz tal-mara moderna u l-istatiċità tal-mara tradizzjonali Maltija. Fittielet taqsima tal-istess kapitlu jiġu trattati poeżiji li jikkonsistu f’relazzjoni kunfliġġenti iżda tenera mal-oħrajn etniċi. F’dawn il-poeżiji, il-persona ta’ Galea tispiċċa fin-nofs ta’ etniċità nattiva li ħafna drabi tħaddan opinjoni kontra l-oħrajn etniċi, u tal-barrani etniku li trid tissimpatizza miegħu, anka jekk b’implikazzjonijiet sottili dwar il-kunflitti lokali marbutin miegħu. Għalhekk, f’dan il-kapitlu tispikka l-figura femminili maqbuda f’xibka intima u kunfliġġenti ma’ dawk l-eqreb tagħha u anka ma’ dawk li spiċċaw qrib tagħha minħabba ċirkostanzi sfortunati. Fl-aħħar kapitlu ta’ din it-teżina, jiġu analizzati l-aħħar ħames poeżiji fil-ġabra ta’ Galea taħt is-sottotitlu Xi Drabi Mqar Poeta. L-intertestwalità hija figurazzjoni letterarja prominenti f’dan il-kapitlu u l-ktieb Intertextuality ta’ Graham Allen għen fit-tfassil ta’ din ilparti tat-teżina. Dan għaliex Galea tikteb poeżija-risposta bħala tkomplija letterarja għal poeżija waħda ta’ kull wieħed minn ħames poeti preċedenti: Achille Mizzi, Ġorġ Borġ, Marjanu Vella, Rużar Briffa u Victor Fenech. Huwa għalhekk li f’dawn il-poeżiji-risposti larmonija u d-diżarmonija huma t-tnejn preżenti, l-aktar fejn Galea tapprova l-istil u l-forma li użaw il-poeti ta’ qabilha, kif ukoll it-tematika li tkompli telabora b’mod sottili ħafna, iżda flistess waqt tinnega u tikkonfronta dak li l-istess poeti esprimew f’kitbiethom. Attwalment, bħal f’kull relazzjoni anka jekk mhux ma’ maħbub, l-intimità twassal għall-kunflitt u huwa għalhekk li d-diżarmonija tispikka fil-ħames poeżiji-risposti ta’ Galea, għaliex testendi ttematika tagħhom b’perċezzjonijiet ġodda. Fl-aħħar mill-aħħar, il-fatt li Galea tagħżel li tikteb poeżija bi tkomplija fuq poeżija partikolari aktar bikrija juri l-interess tal-poetessa f’xogħolhom, u għalhekk l-intimità intertestwali sseħħ b’mod immedjat.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectGalea, Simone, 1967-. Xi drabi mqar persuna -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 21st centuryen_GB
dc.subjectIntimacy (Psychology) in literatureen_GB
dc.subjectCommunication in literatureen_GB
dc.subjectIntertextualityen_GB
dc.titleIl-kunflitti u l-intimitajiet fil-poeżiji ta’ Simone Galeaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAquilina, Rachel (2023)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2023
Dissertations - FacArtMal - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2308ATSMAL300000014732_3.PDF
  Restricted Access
1.05 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.