Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120168
Title: | Il-ġens grammatikali tal-‘pandemija Covid-19’ |
Authors: | Pace, Amy Christine (2023) |
Keywords: | COVID-19 Pandemic, 2020- -- Terminology Maltese language -- Gender Maltese language -- Variation -- Malta |
Issue Date: | 2023 |
Citation: | Pace, A.C. (2023). Il-ġens grammatikali tal-‘pandemija Covid-19’ (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Din it-teżi tikkonsisti minn tliet kapitli ewlenin. Ix-xogħol jiftaħ b’introduzzjoni dwar issuġġett prinċipali trattat: il-ġens grammatikali. F’din l-introduzzjoni jissemmew b’mod ċar l-għanijiet ta’ dan l-istudju u t-tqassim tal-bqija tal-kapitli ewlenin filwaqt li jingħata tagħrif dwar dak li se jkun diskuss f’kull wieħed minnhom. L-ewwel kapitlu jidħol f’iżjed dettall fuq id-definizzjonijiet li jagħtu diversi lingwisti lillkategorija grammatikali tal-ġens. Fost dawk ewlenin niltaqgħu ma’ Ibrahim (1973), Corbett (1991) u Matthews (1997). L-istess kapitlu jitkellem ukoll dwar il-ġens maskili bħala n-norma lingwistika filwaqt li jiddiskuti wkoll il-kunċett żbaljat tad-definizzjoni tal-ġens li ta’ spiss tfixklet mad-definizzjoni tas-sess. B’żieda ma’ dan, il-kapitlu jiddiskuti ż-żewġ kriterji prinċipali li skont Corbett (1991) ilkelliema nattivi jibbażaw l-għoti tal-ġens fuqhom – il-kriterji semantiċi u l-kriterji formali. Il-kapitlu jinkludi wkoll xi xogħlijiet li jiffokaw fuq l-għoti tal-ġens grammatikali li jingħata kliem missellef millIngliż f’lingwi barranin fosthom it-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol u l-Ġermaniż. Lejn l-aħħar, jiġu diskussi wkoll xogħlijiet li saru dwar dan is-suġġett b’referenza għall-Malti u fosthom se jkunu diskussi listudji ta’ Farrugia (2003, 2010), Galdes (2016), Micallef (2017), Farrugia (2019) u Ciantar (2021). It-tieni kapitlu jinkludi l-metodoloġija użata f’din it-teżi. Tingħata spjegazzjoni tal-miżuri li kelli nieħu u x-xogħol li kellu jitwettaq waqt ir-riċerka sabiex dan l-istudju jirnexxi. L-ewwel sezzjoni ta’ dan il-kapitlu tispjega l-kriterji li permezz tagħhom ġew magħżulin il-parteċipanti għal din irriċerka. B’żieda ma’ dan, il-kapitlu jagħti wkoll xi informazzjoni dwar il-proċess tal-għażla tal-kliem relatat mal-pandemija Covid-19 li ġie analizzat għal din it-teżi u fuq kollox jiġu spjegati l-eżerċizzji talkwestjonarju involuti fir-riċerka. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kapitlu jiddiskuti wkoll il-proċedura tal-istudju pilota, stadju kruċjali li jippreċedi l-istudju attwali għaliex jiddetermina xi modifikazzjonijiet neċessarji li kellhom isiru fil-kwestjonarju. It-tielet kapitlu jiffoka b’mod ġenerali fuq l-analiżi u d-diskussjoni tar-riżultati bl-użu tassistema SPSS (Statistical Package for the Social Sciences). Tiġi analizzata wkoll l-assenjazzjoni tal-ġens f’relazzjoni mal-varjabbli soċjolingwistiċi tal-età, il-lokalità u l-kuntatt mal-Ingliż. It-tabelli ewlenin inklużi f’dan il-kapitlu se jgħinu lill-qarrejja jiksbu stampa aktar ċara tar-riżultati sabiex jifhmu aktar is-sejbiet ta’ dan l-istudju. L-aħħar kapitlu jiġbor fih il-punti prinċipali li ħarġu minn din ir-riċerka, xi limitazzjonijiet ta’ dan l-istudju u xi suġġerimenti għal riċerka futura li tista’ ssir f’dan il-qasam biex ikollna stampa aktar wiesgħa ta’ kif tiffunzjona din il-kategorija grammatikali fil-Malti. Il-biblijografija għal dan ix-xogħol tikkonsisti minn numru ta’ sorsi li kienu utli għal din it-teżi. Fl-aħħar tax-xogħol insibu l-appendiċi bil-konferma tal-formola tal-etika u t-tabelli kollha li ħarġu mill-SPSS użati f’din ir-riċerka li, minkejja l-importanza statistika tagħhom, ħassejt li ma kellhomx jidħlu fit-test ewlieni biex ma jwaqqfux il-mixja ewlenija tal-argumenti. |
Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120168 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2023 Dissertations - FacArtMal - 2023 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2308ATSMAL300000015171_1.PDF Restricted Access | 2.17 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.