Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120173
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-03-22T10:58:59Z-
dc.date.available2024-03-22T10:58:59Z-
dc.date.issued2023-
dc.identifier.citationCamilleri, W. (2023). Ir-rumanz polizjesk skont Paul Xuereb (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120173-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractDin it-teżi tħares lejn ir-rumanzi polizjeski ta’ Paul Xuereb u tanalizza lkaratteristiċi tematiċi u stilistiċi ewlenin ta’ dan il-ġeneru tan-narrattiva kriminali. Xuereb ħoloq dak li jidher li hu l-ewwel investigatur tad-delitti li jaħdem fil-qafas talkorp tal-pulizija u dan huwa l-ewwel studju akkademiku komprensiv tal-ġeneru kriminali bil-Malti. Fil-kapitli ewlenin nixħet l-attenzjoni tiegħi fuq it-tliet rumanzi ta' Xuereb, Il-Każ tat-Tfajla Maħruqa (1966), Is-Serqa ta' Nicolas Cotoner (1967), u Qtil f'San Pawl il-Baħar (1968), billi nħares lejn il-karatterizzazzjoni, in-narrazzjoni, il-plott, u elementi narrattivi oħrajn li dan ir-rumanzier juża fir-rumanzi tiegħu. Għażilt li niffoka fuq it-triloġija ta’ awtur wieħed miktuba fuq medda ta’ tliet snin fl-aħħar tas-snin sittin biex l-istudju tiegħi ma jinfirixx iżżejjed u b’hekk inkun nista’ nidħol kemm jista’ jkun fil-fond fl-analiżi tiegħi. Għażilt dan ix-xogħol letterarju ta’ Xuereb u mhux, ngħidu aħna, ir-rumanzi kriminali ta’ Ivo Muscat Azzopardi, għax il-ġeneru polizjesk jinteressani iktar minn ġeneri oħra. Barra minn hekk, ir-rumanzi ta’ Paul Xuereb ftit li xejn jissemmew fid-diskors kritiku u jidhirli li jistħoqqilhom ferm iktar attenzjoni. Il-kitba ta’ dan il-ġeneru turi li l-letteratura Maltija hija iktar varjata minn kif ġieli nippreżentawha u n-narrattiva ta’ Xuereb hija xhieda oħra ta’ din il-varjetà. L-ewwel kapitlu jiffoka fuq it-teorija letterarja ta’ John Scaggs li fix-xogħol tiegħu Crime Fiction jipprovdilna analiżi importanti tal-ġeneru kriminali. Fil-bidu se nħares lejn l-oriġini ta’ dan il-ġeneru u nara kif bil-mod il-mod beda jiżviluppa barra minn Malta. Imbagħad se nara kif permezz ta’ dan l-iżvilupp, dan il-ġeneru kompla jinqasam f’iżjed fergħat sabiex eventwalment ħarġu minnu diversi sottoġeneri li lkoll għandhom il-karatteristiċi distinti tagħhom. Il-ġeneru tad-ditektivs u tal-misteru jinqasam f’żewġ sottoġeneri oħra, miegħu hemm ukoll il-Whodunnit u l-Hard-Boiled; il-ġeneru polizjesk; u n-Noir. Permezz tal-kunċettwalizzazzjoni fil-ktieb ta’ Scaggs, u xogħlijiet ta’ awturi u akkademiċi oħrajn bħal Jean-Claude Izzo, Oranda Davis, u Primasita u Ahimsa-Putra, stajt nidħol fil-karatteristiċi ta’ kull sottoġeneru, nara x’tip ta’ plott u protagonista fihom, u liema element jingħata prijorità, sabiex b’hekk toħroġ iżjed ċara d-differenza ta’ bejniethom. Permezz tat-terminoloġija u t-tqassim li jipprovdi dan il-kapitlu nistgħu faċilment nikkonfermaw li r-rumanzi ta’ Xuereb jaqgħu taħt is-sottoġeneru tal-polizjesk. It-tieni kapitlu se jiffoka fuq Tarcy Saydon, il-protagonista rikorrenti fit-triloġija ta’ Xuereb bħala ditektiv fil-korp tal-pulizija. Id-ditektiv huwa wieħed mill-iżjed elementi importanti fin-narrattiva letterarja kriminali għax ħafna drabi jiddetermina taħt liema sottoġeneru jaqa’ rumanz kriminali. L-għan ewlieni ta’ dan il-kapitlu huwa li jħares lejn il-karatteristiċi tal-protagonista fil-polizjesk fid-dawl tad-ditektiv ta’ Xuereb. Minkejja li Tarcy Saydon huwa essenzjalment ditektiv tal-polizjesk, għandu xi kwalitajiet li jixbhu lil dawk ta’ ditektivs klassiċi tal-Whodunnit bħal C. Auguste Dupin, Hercule Poirot, u Sherlock Holmes. Għaldaqstant, dan il-kapitlu se jagħti ħarsa ħafifa lejn dawn it-tliet protagonisti u jara x’similaritajiet hemm bejnhom u bejn ilprotagonista ta’ Xuereb. Biex nibni l-personalità tiegħu se nittratta l-esperjenza ta’ Tarcy fuq xogħlu, it-tipjip u s-simboloġija tiegħu, u x-xogħol kontra l-ħajja personali tad-ditektiv. Fit-tielet kapitlu niddiskuti r-realiżmu fit-tliet rumanzi ta’ Xuereb skont itteorija ta’ Eddy Von Mueller fuq ir-realiżmu fil-polizjesk. Scaggs, Primasita u AhimsaPutra jisħqu fuq l-importanza li rumanz polizjesk ikollu elementi realistiċi sabiex jegħleb is-suġġettività ta’ sottoġeneri oħrajn. Von Mueller jiffoka l-iżjed fuq ittqassim tax-xogħol bejn il-membri tal-korp, u fuq id-dħul sal-inqas dettall fil-metodi li jużaw il-pulizija fl-investigazzjoni tal-każijiet li jkollhom quddiemhom. Il-Każ tat-Tfajla Maħruqa, Is-Serqa ta’ Nicolas Cotoner u Qtil f’San Pawl il-Baħar huma mimlija b’dawn l-elementi ta’ realiżmu, u għalhekk jistgħu faċilment jitqiesu bħala rumanzi li joffru rappreżentazzjoni tad-dinja reali li ngħixu fiha, għaliex imissu anki realtajiet soċjali oħra bħal-lingwa u l-faqar fiż-żmien li fih inkitbu r-rumanzi. Ir-raba’ kapitlu jitkellem dwar in-narrazzjoni u l-plott fir-rumanzi ta’ Xuereb. Scaggs jargumenta li waħda mill-iżjed karatteristiċi importanti tal-polizjesk hija nnarrazzjoni fit-tielet persuna. Għalhekk, niddiskuti x’tip ta’ vuċi eterodijeġetika għandna, u x’tip ta’ fokalizzazzjoni qed issir. Huwa minnu li dawn ir-rumanzi jiġu rrakkuntati fit-tielet persuna, iżda l-avvenimenti li jseħħu fihom dejjem narawhom mill-puntidivista tad-ditektiv. Wara nitkellem fuq id-djalogi u l-interrogazzjonijiet flistil dirett, u r-rappreżentazzjoni tal-ħsibijiet tad-ditektiv, tliet elementi importanti oħra tan-narrazzjoni li minnhom toħroġ informazzjoni essenzjali fuq il-plott tarrumanzi. Dawn it-tekniki dejjem niddiskutihom b’rabta man-narratoloġija ta’ Gérard Genette, H. Porter Abbott, u Monika Fludernik. Imbagħad inħares lejn il-qtil f’Il-Każ tat-Tfajla Maħruqa u Qtil f’San Pawl il-Baħar, u nara x-xebh u d-differenzi bejn il-qtil ta’ Rusanna Tanti u dak ta’ Edna Smith. Għal din il-parti tal-kapitlu nistrieħ fuq itteorija ta’ Megan Hoffman dwar ir-rappreżentazzjoni tal-mara fil-polizjesk. Fl-aħħar tal-kapitlu naqsam it-tliet rumanzi skont it-tip ta’ delitt li jitwettaq u nara jekk dan ilfattur iwassalx għal xi differenzi bejniethom fil-mod kif jinbena l-plott.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectXuereb, Paul, 1923-1994 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectDetective and mystery stories, Maltese -- 20th centuryen_GB
dc.subjectRealism in literatureen_GB
dc.titleIr-rumanz polizjesk skont Paul Xuereben_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCamilleri, Wayne (2023)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2023
Dissertations - FacArtMal - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2308ATSMAL300000015176_1.PDF
  Restricted Access
1.1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.