Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120195
Title: It-tagħlim dwar il-festi lil studenti tal-Malti bħala lingwa barranija
Authors: Caruana, Peter Paul (2023)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching -- Malta
Maltese language -- Study and teaching -- Foreign speakers
Teachers -- Malta
Educational innovations -- Malta
Students, Foreign -- Malta
Feasts, Religious -- Malta -- Study and teaching -- Audio-visual aids
Carnival -- Malta -- Study and teaching -- Audio-visual aids
Issue Date: 2023
Citation: Caruana, P. P. (2023). It-tagħlim dwar il-festi lil studenti tal-Malti bħala lingwa barranija (Master’s dissertation).
Abstract: Sa minn ċkuniti, minn dejjem ħassejt ġibda u mħabba speċjali lejn it-tagħlim tal-lingwa Maltija. Hu proprju għalhekk li l-vjaġġ edukattiv tiegħi komplejtu saħansitra fl-Università ta’ Malta. L-għażla li nkun għalliem, nistqarr li ma kinitx minn dejjem. Iżda wara xi żmien li kelli x-xorti naħdem mat-tfal, stajt niskopri iżjed li x-xogħol ta’ għalliem joffri xi ħaġa speċjali. Dan għaliex, permezz ta’ dan ix-xogħol, inkun qiegħed naqsam u nwassal l-għarfien li naf jien lil għadd ta’ studenti. Barra minn hekk, dan mhux biss xogħol, imma wkoll vokazzjoni li tlaqqagħna ma’ diversi esperjenzi differenti. It-taħriġ prattiku għeni iżjed sabiex nikkonferma li dan ix-xogħol mhux biss nixtiequ iżda wkoll kapaċi nagħmlu. Iż-żieda ta’ studenti internazzjonali f’dawn l-aħħar snin ġabet magħha l-ħtieġa li jiġi introdott it-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija (MLB), u din il-ħtieġa qed tiżdied saħansitra b’rata mgħaġġla (Żammit, 2021). Dan stajt ninnutah saħansitra fl-esperjenza li kelli bħala student-għalliem u waqt l-osservazzjonijiet li għamilt, fejn iż-żewġ skejjel li ħdimt fihom, kienu jipprovdu dan it-tagħlim. Hemm stajt ninnota kemm dawn l-istudenti huma għatxana għat-tagħlim tal-Malti u komplew jispirawni sabiex noħloq riżorsi li jiffaċilitawlhom it-tagħlim tal-MLB. Għaldaqstant, fid-dissertazzjoni tiegħi, ħassejt li jkun għaqli jekk nagħti l-kontribut tiegħi u ngħin sabiex inkabbru r-riżorsi speċjalment ir-riżorsi diġitali għax aktar ma jmur, aktar qed tiżdied it-talba għalihom (Gatt, 2017). Barra minn hekk, peress li dan hu kunċett pjuttost riċenti, ir-riżorsi huma limitati. Minħabba li d-dissertazzjoni tal-Baċellerat bl-Unuri fil-Malti kont għamiltha dwar il-festa tal-Karnival f’Malta, xtaqt li nkompli nibni u nittratta din it-tema u festi oħra li jiġu ċċelebrati mhux biss lokalment iżda wkoll internazzjonalment. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi u dawn it-temi, nemmen li l-istudenti mhux biss ser jitgħallmu vokabolarju ġdid u jipprattikaw iżjed il-Malti, iżda ser iħossuhom jappartjenu iżjed fit-tagħlim tal-Malti, għax huma festi ċċelebrati kullimkien, u jista’ jkun b’modi differenti, kif jirriżulta saħansitra mir-riżorsi nfushom. It-tagħlim ta’ lingwa barranija hu ta’ benefiċċju għal diversi fatturi, fosthom soċjali, għax dawn l-istudenti permezz tal-MLB ikunu jistgħu jikkomunikaw u jsibuha iżjed faċli sabiex jintegraw malajr fis-soċjetà (D’Astoli, 2016) Maltija. Ma jonqosx ukoll, li dawn ir-riżorsi għandhom jenfasizzaw iżjed l-idea tal-multikulturaliżmu u l-interkulturaliżmu billi l-istudenti ser jiġu esposti għal firxa wiesgħa ta’ tradizzjonijiet varji. B’hekk, jitrawwem fihom iżjed ir-rispett reċiproku lejn il-kulturi ta’ xulxin. Dan il-punt jisħaq fuqu Vygotsky li jistqarr li l-kuntest soċjali u kulturali huma importanti fit-tagħlim tal-lingwa (McLeod, 2023).
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120195
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2318EDUEDU500105065484_1.PDF
  Restricted Access
18.75 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.