Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120196
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-03-22T12:06:40Z-
dc.date.available2024-03-22T12:06:40Z-
dc.date.issued2023-
dc.identifier.citationEl Raes, S. (2023). In-nomi inaljenabbli fil-Malti (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120196-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractĦajjitna mimlija relazzjonijiet, minn mindu nieħdu l-ewwel nifs sal-aħħar wieħed. Ħafna minn dawn ir-relazzjonijiet huma awtomatiċi għax jinbtu mingħajr il-kontroll tagħna. Il-lingwa kapaċi tirrappreżentahom peress li hi wkoll għandha relazzjoni intrinsika mad-dinja reali. Dawn irrelazzjonijiet awtomatiċi u intrinsiċi huma meqjusin bħala inaljenabbli, li fil-Malti dawn huma riflessi min-nomi inaljenabbli. Jekk in-nom possedut jirreferi għal entità li “tkun f’relazzjoni permanenti u neċessarja mal-possessur tagħha, ir-relazzjoni titqies inaljenabbli” (Crystal, 2008, p. 19). Ilpossessjoni inaljenabbli hija “tip ta’ kostruzzjoni possessiva fejn l-oġġett ppossedut ġeneralment ma jistax jiġi sseparat mill-possessur” (Trask, 1993, p. 138). F’ċertu lingwi, il-possessjoni inaljenabbli u aljenabbli jiddistingwixxu ruħhom minn xulxin grammatikalment (Trask, 1993, p. 13). Fil-każ talMalti, dan isir permezz tal-pronom mehmuż li jinhemeż man-nom possedut. Nibda bil-ħarsa kritika, sabiex niskopri minn fejn oriġinaw in-nomi inaljenabbli fil-Malti u flistess ħin nara minn fejn huma mnisslin kemm is-sistema tal-pronom mehmuż fil-possessjoni inaljenabbli kif ukoll is-sistema tal-prepożizzjoni ‘ta’’ fil-possessjoni aljenabbli. Iż-żewġ sistemi għandhom orġini Semitika u b’hekk, fl-ewwel taqsima tal-ewwel kapitlu naqbad tliet djaletti tal-Għarbi li għandhom dawn iż-żewġ sistemi possessivi u l-psewdokostrutt fl-Għarbi Standard Modern waqt li fl-istess ħin inqabbilhom ma’ dak li nsibu fil-Malti. Fit-tieni taqsima ta’ dan il-kapitlu nitkellem fuq studji minn grammatiċi diversi tal-Malti li b’xi mod ittrattaw l-inaljenabbiltà fil-Malti sabiex naqsam dak kollu li nkiteb qabel l-istudju tiegħi. Fl-aħħar tal-kapitlu nagħti konklużjoni ġenerali ta’ dak kollu li ħareġ mill-istudji tal-grammatiċi tal-Malti. Għal din it-teżi ġbart ukoll in-nomi inaljenabbli kollha fil-Malti li ltqajt magħhom. Għall-għan ta’ dan l-istudju, in-nomi inaljenabbli qed inqishom bħala dawk kollha li jieħdu l-pronom mehmuż. B’riżultat ta’ dan kollu, fit-tieni kapitlu nelenka tabella maqsuma f’sitt kolonni: ‘Nom’, ‘Nisel’, ‘Zokk’, ‘Kategorija Semantika’, ‘Alternanza’ u ‘Numru ta’ Sillabi fiz-Zokk’. Permezz ta’ dawn il-kolonni, noffri ħafna dettalji dwar in-nomi nnifishom. Minbarra din it-tabella, f’dan il-kapitlu nelenka tabella oħra li fiha nuri nomi li jieħdu l-pronom mehmuż f’ċertu sitwazzjonijiet biss, bħal fi qwiel, poeżiji, novelli, siltiet mill-Bibbja u versi popolari. Dan ifisser li l-użu tal-pronom mehmuż ma’ dawn in-nomi jew inqata’ maż-żmien peress li qabel kien għadu produttiv jew li dan kien qed iseħħ biss għar-rima fil-qwiel jew bil-liċenzja poetika. Naturalment, fil-bidu ta’ dan il-kapitlu niddiskuti l-metodoloġija li użajt sabiex bnejt il-kontenut tat-tabelli. Fit-tielet u l-aħħar kapitlu ta’ din it-teżi nagħmel analiżi tan-nomi li ġbart fl-ewwel tabella bissaħħa ta’ għadd ta’ kriterji: nisel in-nomi, il-kategorija semantika tan-nomi, in-nomi u l-kwistjoni talparadigma, l-alternanza tal-forma possessiva u n-numru ta’ sillabi fiz-zokk tan-nom. Fl-aħħar tat-teżina niddiskuti l-iktar punti importanti li ħarġu minn dan l-istudju u fl-istess ħin, nissuġġerixxi x’jista’ jsir aktar ’il quddiem bħala tkomplija ta’ dan l-istudju.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Nounen_GB
dc.subjectMaltese language -- Pronounen_GB
dc.subjectMaltese language -- Possessivesen_GB
dc.titleIn-nomi inaljenabbli fil-Maltien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorEl Raes, Sumeia (2023)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2023
Dissertations - FacArtMal - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2308ATSMAL300005071808_1.PDF
  Restricted Access
1.73 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.