Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120256
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2024-03-25T13:07:53Z | - |
dc.date.available | 2024-03-25T13:07:53Z | - |
dc.date.issued | 2023 | - |
dc.identifier.citation | Bezzina, H. (2023). L-oralità riflessa fil-lirika: il-marċi brijużi tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, Marsa A.D. 1949 (Bachelor's dissertation). | en_GB |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120256 | - |
dc.description | B.A. (Hons)(Melit.) | en_GB |
dc.description.abstract | 1.1. L-Oralità Riflessa fil-Lirika: Il-Marċi Brijużi tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, Marsa A.D. 1949 : Din it-teżi tiffoka kif l-oralità hi riflessa fil-lirika tal-marċi brijużi, speċifikament tal-marċi brijużi li jinsabu fil-libretti tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, Marsa A.D. 1949, u li jitkantaw mill-partitarji ta’ din l-għaqda waqt il-marċi li jsiru fil-ġimgħa talFesta. Dawk li għandhom għal qalbhom il-festa tar-raħal tagħhom ikunu midħla ta’ għaqda jew oħra li jaħdmu sabiex il-festa jkun fiha l-isbaħ ċelebrazzjonijiet, kemm biex ifaħħru l-patruni tal-lokal, kif ukoll jgħollu isem l-għaqda tagħhom, jew anke jaħdmu mal-Knisja jekk jippreferu li ma jassoċċjawx ruħhom ma’ għaqda partikolari. Minn naħa tiegħi, bħala s-Segretarju tal-Kummissjoni Trinitarji fi ħdan din is-Soċjetà, kien naturali għalija li nagħżel li niffoka t-teżi tiegħi fuq il-marċi ta’ din l-għaqda tant għal qalbi għax kont naf li nista’ noffri perpesttivi u nagħmel osservazzjonijiet minn ġewwa. Għalkemm ħadd mill-familja tiegħi mhu midħla tal-ebda għaqda tal-festa filMarsa, minn ta’ età żgħira kont naffaxxina ruħi meta nisma’ l-marċi brijużi li jindaqqu fit-toroq, tant li kont nitlob lil ommi biex tniżżilni l-marċ tal-Ħadd filgħodu, u meta kbirt ftit u kont naffaxxina aktar ruħi meta bdejt nidħol fil-Każin tal-Banda ma’ xi ħbieb. Ta’ 12-il sena ġejt avviċinat mis-Segretarju tal-Każin Byron John Sammut, biex nidħol membru fil-Kummissjoni Trinitarji, u llum il-ġurnata għandi l-rwol ta’ segretarju. Din l-esperjenza kellha sehem kbirfl-għażla li ħadt biex naħdem it-teżi fuq il-marċi ta’ dan il-każin li dejjem ħassejtni parti minnu. Għaldaqstant, f’din ir-riċerka, apparti xi kuntesti storiċi li ħassejt li kienu importanti biex il-qarrejja jkunu jafu fuq is-Soċjetà, analizzajt aspetti differenti li jispikkaw f’dawn il-marċi, bħat-tekniki letterarji fil-lirika tal-marċi brijużi, li apparti li jgħinu l-qarrejja jifhmu x’jinkludi marċ brijuż, iġibuhom konxji ta’ dak li jsir waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-marċi u jagħmluhom aktar familjari mad-dinja tal-festa. 1.2. L-Għanijiet ta’ din ir-Riċerka : L-għan primarju ta’ dan l-istudju hu li niġbor il-marċi brijużi li huma l-aktar qawwija u popolari fost il-partitarji tal-Każin tal-Banda u nanalizza kif l-oralità tidher fil-lirika tal-istess marċi. Permezz ta’ din l-analiżi nesplora mill-qrib kif jiġu ċċelebrati lmarċi organizzati mis-Soċjetà Mużikali Trinita Qaddisa fil-Festa tat-Trinità tal-Marsa. Biex nilħaq l-għanijiet ta’ dan l-istħarriġ kelli nirrakkonta l-istorja ta’ dan il-każin, u anke l-għajdut tal-partitarji u tal-Marsin, peress li l-biċċa kbira tal-lirika li tinkiteb għall-marċi brijużi tirrifletti sitwazzjonijiet li jinqalgħu matul is-snin. 1.3. Sorsi Analizzati : Biex ikolli kemm jista’ jkun informazzjoni rigward l-istorja tal-Każin tal-Banda, kif ukoll għall-isfond tal-marċi brijużi, kelli bżonn varjetà ta’ sorsi primarji u oħrajn sekondarji. Kien għalhekk li ħejjejt żewġ intervisti, waħda mas-Sur Kenneth Vella, ilkittieb tal-lirika tal-marċi brijużi tal-Każin tal-Banda, fejn dan infurmani b’varjetà ta’ informazzjoni kemm rigward il-marċi u l-aspetti orali li fihom, kif ukoll dwar aspetti storiċi. Intervistajt ukoll lis-Sur Sandro Spiteri, membru fil-Kumitat Ċentrali tal-Każin li, apparti li għarrafni b’diversi fatturi orali fuq il-marċi, tani informazzjoni dwar ilMaġġur Anthony Aquilina, surmast tal-marċi li ħassejt li kien ta’ importanza kbira għall-Każin. Mill-banda l-oħra, il-ktieb tal-festa maħruġ mill-Każin fl-1999 għall-għeluq il-50 sena tal-Banda Trinità, li sellifni s-Sur Victor Cilia, eks segretarju u president talistess għaqda, ukoll serva bħala sors primarju, b’mod speċjali għar-riċerka storika dwar il-Każin u dwar l-ewwel surmast tal-Banda Trinità. Sorsi oħra sekondarji, bħallktieb Oral Literature in Africa ta’ Ruth Fennigan kien utli fl-għarfien tal-aspetti performattivi li jidhru fil-marċi brijużi. 1.4. It-Tqassim tat-Teżi Il-kitba ta’ din it-teżi hija maqsuma f’sitt kapitli. L-ewwel kapitlu huwa lintroduzzjoni li jispjega l-għanijiet tar-riċerka, is-sorsi analizzati u t-tqassim ta’ dan listudju. It-tieni kapitlu jersaq lejn definizzjoni ta’ marċ brijuż, id-differenzi bejn ilmarċi li jwasslu għall-oriġini tal-marċi brijużi, u kummenti fuq aspetti varji tattradizzjoni orali fi ħdan il-marċi brijużi. Dan il-kapitlu jwassal għat-tielet kapitlu li jippreżenta l-kuntest storiku tal-Każin tal-Banda u ta’ żewġ personaġġi prominenti filKażin. Ir-raba’ kapitlu jispjega pass pass kif twettqet din ir-riċerka bi spjegazzjoni fuq il-ġbir tal-materjal, li jinkludi l-għodda użata għall-intervisti, u kif ġbart il-materjal. Wara l-metodoloġija, il-ħames kapitlu janalizza mill-qrib it-tekniki użati f’dawn ilmarċi, bħat-ton u l-iperbole. Dan l-aħħar kapitlu prinċipali josserva l-aspetti orali waqt il-marċi, bħaċ-ċapċip u l-kant, u anke l-ilbies tal-partitarji, fost diversi fatturi oħra li jagħmlu l-marċ brijuż. Barra minn hekk, iħares lejn id-differenzi u s-similaritajiet fil-lirika tal-marċi brijużi bejn il-Każin tal-Banda u għaqdiet oħra barra llokalità tal-Marsa. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa (Marsa, Malta) | en_GB |
dc.subject | Band clubs -- Malta -- Marsa | en_GB |
dc.subject | Band music -- Malta -- Marsa | en_GB |
dc.subject | Band music -- Analysis, appreciation | en_GB |
dc.title | L-oralità riflessa fil-lirika : il-marċi brijużi tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, Marsa A.D. 1949 | en_GB |
dc.type | bachelorThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | en_GB |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Bezzina, Henzley (2023) | - |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2023 Dissertations - FacArtMal - 2023 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2308ATSMAL300005072740_1.PDF Restricted Access | 1.85 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.