Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120608
Title: Fuq l-għatba tal-Malti : deskrizzjoni komunikattiva ta' l-Ilsien Malti fuq il-mudell tat- “Threshold level 1990"
Authors: Mifsud, Manwel
Borg, Albert
Keywords: Maltese language -- Study and teaching
Maltese language -- Grammar
Language and languages -- Study and teaching
Issue Date: 1997
Publisher: Council of Europe
Citation: Mifsud, M., & Borg A. (1997). Fuq l-Għatba tal-Malti : Deskrizzjoni komunikattiva ta' l-Ilsien Malti fuq il-mudell tat- “Threshold Level 1990". Strasbourg : Council of Europe
Abstract: L-interess tal-barranin fil-Malti għandu storja li tmur lura għal bosta snin: interess fil-Malti bħala oġġett ta' studju fih innifsu kif ukoll interess prattiku biex jintuża għall-komunikazzjoni mal-Maltin. Fi żmienna qed naraw numru deijem jikber ta' barranin li hwna wkoll iridu jużaw il-Malti bħala għodda ta' komunikazzjoni. Uħud minnhom iżżewġu Malti jew Maltija u jixtiequ jsiru jafu l-lingwa tal-pajjiż adottiv tagħhom. U jitgħallmu l-Malti wkoll għax ma jkunux jixtiequ jċaħħdu lil uliedhom minn dak li jqisuh bħala l-wirt leġittimu tagħhom. Għandna mbagħad numru kbir ta' ulied l-emigranti Maltin li, jew fil-pajjiż adottiv tagħhom jew f’Malta stess meta jiġu lura, iħossuhom maqtugħin mill-kultura u l-ambjent Malti li ġieli japprezzawh ħafua iżjed mill-Maltin li qatt ma ħallew xtutna għal żmien twil. U dan għax ilsien missirijietna qatt ma jkunu tgħallmuh, ħafna drabi tort tal-ġenituri tagħhom stess li, bl-intenzjonijiet tajba kollha, ikun dehrilhom li jkun aħjar gbal uliedhom li jitgħallmu biss il-lingwa tal-pajjiż adottiv tagħhom biex jimxu 'l quddiem u jirnexxu, milli jinħlew" fuq lingwa żgħira li jarawha bla siwi. Din l-attitudni rabbiet għeruq qawwija fost xi Maltin ta' Malta wkoll, għax dawn dlonk iqabblu l-Malti ma' l-Ingliż, jaraw kemm hu importanti tista' tgħid f'kull qasam tal-ħajja dan ta' l-aħħar, u jinsew li ta' l-ewwel jgħasses l-għajn li ssaqqi l-identità tagħhom bħala poplu għalih fost il-popli l-oħra.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120608
ISBN: 9287132445
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Fuq_l_għatba_tal_Malti.pdf
  Restricted Access
4.63 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.