Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120971
Title: | Kif jitwieled servitu’ |
Authors: | Musumeci, Robert |
Keywords: | Law -- Malta Civil law -- Malta Servitudes -- Malta Obligations (Law) -- Malta Planning -- Law and legislation -- Malta |
Issue Date: | 2023 |
Citation: | Musumeci, R. (2023). Kif jitwieled servitu’. https://robertmusumeci.com/publications/ |
Abstract: | Meta nitkellmu dwar liġijiet għall-utilita’ pubblika, jiġuna f’moħħna dawk il-liġijiet u regolamenti partikolari li jimponu restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ l-art bħalma huma r-regoli ta’ l-ippjanar. Biex nieħdu eżempju, il-policies sussidjarji ta’ l-ippjanar li jirregolaw l-ogħli tal-bini huma meqjusa bħala regolamenti għall-utilita pubblika. Insenjament riċenti dwar dawn it-tip ta’ servitujiet jinsab riportat fil-każ George Felice et. Vs Keith Attard Portughes et.1, fejn l-intimat Attard Portughes kien ottjena permess mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar biex jibni bungalow li, skont il-Qorti, ma kienx jidħol fil-best fit line kif iridu l-policies ta’ l-ippjanar. Il-Qorti, għalhekk, tat raġun lill-atturi ġirien wara li kkonkludiet li kien ser ikun hemm ‘overlooking’ minħabba l-għoli ta’ parti tal-binja ma kinitx konformi mal-best fit line kif trid il-policy. Quddiem din is-sitwazzjoni, il-Qorti laqgħet it-talba tal-atturi ġirien u ordnat li jitneħħa l-bini ta’ Attard Portughes minkejja li dan kellu permess ta’ l-iżvilupp maħruġ mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Għalhekk, persuna li tottjeni permess li jippermetti aktar ogħli minn dak li jippermettu l-policies tista’ ssib ma’ wiċċha azzjoni kontra tagħha mill-ġirien (fil-vesti tagħhom ta’ sidien tal-fond dominanti) li jkunu qed jirreklamaw a favur taghhom servitujiet maħluqa mil-liġi għall-utilita’ pubblika hekk kif stabbiliti minn liġijiet jew regolamenti speċjali in bażi ta’ l-Artikolu 402(1). |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120971 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacLawPub |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Kif_jitwieled_servitu.pdf | 256.52 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.