Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121832
Title: “Din is-sistema moqżieża.” L-ethos f’diskors ta’ Andrea Dibben
Other Titles: Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika
Authors: Grima, Adrian
Keywords: Dibben, Andrea
Discourse analysis
Speeches, addresses, etc., Maltese
Rhetoric -- Political aspects -- Malta
Issue Date: 2023
Publisher: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Citation: Grima, A. (2023). “Din is-sistema moqżieża.” L-Ethos f’Diskors ta’ Andrea Dibben. In M.T. Vassallo & M. Spagnol (Eds.), Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 83-96). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Abstract: Waqt li d-diskors akkademiku fuq ir-retorika f’Malta ssaħħaħ f’dawn l-aħħar snin b’għadd ta’ studji fuq l-oratorja ta’ figuri ewlenin tal-politika Maltija, ftit li xejn saru studji fuq ir-retorika politika ta’ attivisti tal-għaqdiet indipendenti mill-partiti u l-istituzzjonijiet il-kbar li jaħdmu favur il-ġid komuni. Il-leħen u l-kredibilità tas-soċjetà ċivili kibru. Aktarx dan seħħ għax f’Malta u barra minn Malta jidher li naqset il-fiduċja tan-nies komuni fil-ħila u r-rieda tal-politiċi marbutin mal-partiti l-kbar li jħarsu d-drittijiet u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-pajjiż (Ehrenberg 9; Boissevain u Gatt 112-14). L-analiżi tad-diskors politiku ta’ ilħna li mhumiex parti mis-sistemi stabbiliti ta’ poter kapaċi tixħet l-attenzjoni fuq l-immaġinarju alternattiv li joffru dawn iċ-ċittadini impenjati favur il-ġustizzja soċjali, fuq il-perspettivi u l-lingwaġġi differenti tagħhom. Tixħet l-attenzjoni wkoll fuq il-ħila tagħhom li jitkellmu mill-moħħ u mill-qalb mingħajr ma jixxekklu mill-interessi l-kbar li għandhom ħakma fuq il-partiti ewlenin li ddominaw ix-xena politika Maltija minn wara l-Indipendenza u fuq l-istituzzjonijiet li suppost flimkien jiggarantixxu l-ħarsien tal-ġid komuni. L-attivisti tas-soċjetà ċivili mhumiex għalkollox ħielsa minn rabtiet ma’ interessi politiċi, soċjali u forsi anki kummerċjali. Ħadd mhu ħieles għalkollox minn dan it-tip ta’ rabtiet. Ilkoll kemm aħna għandna relazzjonijiet ta’ kull xorta ma’ membri tal-familja, mal-ħbieb, ma’ ħbieb tal-ħbieb, max-xogħol u man-nies ta’ fuq ix-xogħol, u mal-komunitajiet li nidentifikaw ruħna magħhom. Boissevain jikteb dwar ix-xibka kumplessa ta’ konnessjonijiet u kuntatti li persuna ssib ruħha parti minnha u li fl-istess ħin tieħu sehem fil-binja tagħhom; jikteb ukoll dwar ir-rabtiet li din ix-xibka timponi fuq kull persuna u l-opportunitajiet li toffri f’soċjetà żgħira bħal dik ta’ Malta (120-123). Iżda l-attivisti għandhom il-vantaġġ li mhumiex ikkundizzjonati mill-fatt li jridu jingħoġbu biex jirbħu elezzjoni jew biex iħarsu r-rabtiet ta’ dipendenza li għandhom ma’ setturi tas-soċjetà li għandhom interessi partikolari li sikwit ma jirriflettux il-ġid komuni jew saħansitra jmorru kontrih.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121832
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Din_is_sistema_moqżieża.pdf145.27 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.